+Artikolu 105 Kalkolu►C4tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza◄
---+Artikolu 105 1.
---+Artikolu 105 2.
---+Artikolu 105 3.
---+Artikolu 105 4.
---+Artikolu 105 5.
---+Artikolu 105 6.

Artikolu 105 Kalkolu►C4tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza◄

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 105 1.
►C4  Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄ għandu jiġi kkalkolat skont il-paragrafi 2 sa 6.
Artikolu 105 2.

Il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja għandu jirrifletti r-riskju li joħroġ mill-obbligi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, f’relazzjoni mal-perikli koperti u l-proċessi użati fit-tmexxija tan-negozju.

Għandu jieħu kont tal-inċertezza fir-riżultati tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-obbligi eżistenti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kif ukoll in-negozju ġdid mistenni li jiġi kuntrattat tul it-12-il xahar li jsegwu.

Għandu jiġi kkalkolat, skont il-punt 2 tal-Anness IV, bħala kombinazjoni tar-rekwiżiti kapitali għal mill-inqas is-submoduli li ġejjin:

(a) 

ir-riskju tat-telf, jew ta’ bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba varjazzjonijiet fiż-żmien meta jseħħu, il-frekwenza u s-severità tal-avvenimenti assigurati, u fiż-żmien meta jseħħu u l-ammont ta’ ħlas tal-klejms (riskju ta’ premium u tar-riserva mhux tal-ħajja);

▼C4

(b) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba suppożizzjonijiet inadegwati ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ avvenimenti estremi jew eċċezzjonali (riskju ta’ katastrofi mhux tal-ħajja).

▼B

Artikolu 105 3.

Il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja għandu jirrifletti r-riskju li joħroġ mill-obbligi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, f’relazzjoni mal-perikli koperti u l-proċessi użati fit-twettiq tan-negozju.

Huwa għandu jiġi kkalkolat, skont il-punt 3 tal-Anness IV, bħala kombinazzjoni tar-rekwiżiti kapitali għal mill-inqas is-submoduli li ġejjin:

(a) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra, jew il-volatilità tar-rati ta’ mortalità, fejn żieda fir-rata tal-mortalità twassal għal żieda fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni (riskju ta’ mortalità);

(b) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra, jew il-volatilità tar-rati ta’ mortalità, fejn tnaqqis fir-rata tal-mortalità twassal għal żieda fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni (riskju ta’ lonġevità);

(ċ) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra jew il-volatilità tar-rati tad-diżabbiltà, il-mard jew il-morbożità (riskju ta’ diżabbiltà – morbożità);

(d) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra jew il-volatilità tal-ispejjeż imġarrba għall-ħlas (servicing) ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (riskju ta’ spejjeż tal-ħajja);

(e) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba varjazzjonijiet fil-livell, ix-xejra, jew il-volatilità tar-rati ta’ reviżjoni applikati għall-annwitajiet, minħabba f’bidliet fl-ambjent legali jew fl-istat tas-saħħa tal-persuna assigurata (riskju ta’ reviżjoni);

(f) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livelljew il-volatilità tar-rati ta’ skadenza, terminazzjoni, tiġdid jew ċessjoni (riskju ta’ skadenza);

▼C4

(g) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, li joħorġu mill-inċertezza sinifikanti ta’ ipprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ avvenimenti estremi jew irregolari (riskju ta’ katastrofi tal-ħajja);

▼B

Artikolu 105 4.

Il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni tas-saħħa għandu jirrifletti r-riskju li joħroġ min-negozju ta’ assigurazzjoni ta’ obbligi tal-assigurazzjoni tas-saħħa, kemm jekk eżerċitat fuq bażi teknika simili għal dik tal-assigurazzjoni tal-ħajja u kif ukoll jekk le, filwaqt li jiġu kkunsidrati kemm il-perikli koperti u kif ukoll il-proċessi użati fit-tmexxija tan-negozju.

Għandha tkopri, mill-inqas, ir-riskji li ġejjin:

(a) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba bidliet fil-livell, ix-xejra jew il-volatilità tal-ispejjeż imġarrba għall-ħlas (servicing) ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni;

(b) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba varjazzjonijiet fiż-żmien meta jseħħu, il-frekwenza u s-severità tal-avvenimenti assigurati, u fiż-żmien meta jseħħu u l-ammont ta’ ħlas tal-klejms fi żmien il-proviżjon;

▼C4

(c) 

ir-riskju tat-telf, jew bidla avversa fil-valur tal-passivi tal-assigurazzjoni, minħabba l-inċertezza sinifikanti ta’ pprezzar u suppożizzjonijiet għall-proviżjonament marbuta ma’ tifqigħat ta’ epidemiji kbar, kif ukoll l-akkumulazzjoni mhux tas-soltu ta’ riskji f’ċirkostanzi estremi bħal dawn.

▼B

Artikolu 105 5.

Il-modulu tar-riskju tas-suq għandu jirrifletti r-riskju li joħroġ mill-livell jew il-volatilità tal-prezzijiet tas-suq tal-istrumenti finanzjarji li għandhom impatt fuq il-valur tal-attivi u l-passivi tal-impriża. Għandu jirrifletti kif suppost in-nuqqas ta’ qbil strutturali bejn l-attivi u l-passivi, partikolarment fir-rigward tat-tul tagħhom.

Għandu jiġi kkalkolat, skont il-punt 4 tal-Anness IV, bħala tagħqida tar-rekwiżiti kapitali għal mill-inqas is-submoduli li ġejjin:

(a) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fl-istruttura tat-terminu tar-rati tal-imgħax, jew fil-volatilità tar-rati tal-imgħax (riskju tar-rata tal-imgħax);

(b) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fil-livell jew għall-volatilità tal-prezzijiet tas-suq tal-azzjonijiet (riskju tal-ekwità);

(ċ) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fil-livell jew għall-volatilità tal-prezzijiet tas-suq tal-proprjetà immobbli (riskju tal-proprjetà);

(d) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fil-livell jew fil-volatilità tad-differenzi fil-kreditu jinfirex fuq l-istruttura ta’ terminu tar-rati tal-imgħax bla riskju (riskju ta’ tifrix);

(e) 

is-sensittività tal-valuri tal-attivi, il-passivi u l-istrumenti finanzjarji għall-bidliet fil-livell jew għall-volatilità tar-rati tal-kambju tal-valuta (riskju tal-valuta);

(f) 

riskji addizzjonali għal impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jiġu minn nuqqas ta’ diversifikazzjoni tal-portafoll tal-assi, jew minn espożizzjoni kbira għal riskju ta’ inadempjenza minn emittent uniku ta’ titoli jew grupp ta’ emittenti relatati (konċentrazzjonijiet ta’ riskji tas-suq).

Artikolu 105 6.

Il-modulu ta’ riskju ta’ nuqqas tal-ħlas mill-kontroparti għandu jirrifletti telf possibbli minħabba inadempjenza jew detorjorament fil-qagħda tal-kreditu li ma jkunux mistennija, tal-kontropartijiet u d-debituri ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni tul it-12-il xahar li jsegwu. Il-modulu ta’ riskju ta’ nuqqas tal-ħlas mill-kontroparti għandu jkopri kuntratti ta’ mitigazzjoni tar-riskju, bħal arranġamenti tar-riassigurazzjoni, titolizzazzjonijiet u derivattivi, u rkuprabbli minn intermedjarji, kif ukoll kull espożizzjoni ta’ kreditu li mhuwiex kopert mis-sottomodulu tar-riskju ta’ spread. Għandu jieħu kont xieraq tal-kollateral jew garanzija oħra miżmuma mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jew f’isimha u r-riskji assoċjati magħhom.

Għal kull kontroparti, il-modulu ta’ riskju ta’ nuqqas tal-ħlas mill-kontroparti għandu jieħu kont tal-espożizzjoni kumplessiva għar-riskju tal-kontroparti tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata għal dik il-kontroparti, irrispettivament mill-forma ġuridika tal-obbligi kuntrattwali ta’ dik l-impriża.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.