+Artikolu 112 Dispożizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni tal-mudelli interni sħaħ u parzjali
---+Artikolu 112 1.
---+Artikolu 112 2.
---+Artikolu 112 3.
---+Artikolu 112 3a.
---+Artikolu 112 4.
---+Artikolu 112 5.
---+Artikolu 112 6.
---+Artikolu 112 7.
|
Artikolu 112 Dispożizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni tal-mudelli interni sħaħ u parzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 112 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jikkalkolaw
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ billi jużaw mudell intern sħiħ jew parzjali kif approvat mill-awtoritajiet superviżorji.
|
|
Artikolu 112 2.
|
Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jużaw mudelli interni parzjali għall-kalkolu ta’ wieħed jew aktar mis-segwenti:
(a)
wieħed jew aktar mill-moduli tar-riskju, jew submoduli,
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄ , kif stipulat fl-Artikoli 104 u 105;
(b)
ir-rekwiżit kapitali għar-riskju operattiv kif stipulat fl-Artikolu 107;
(ċ)
l-aġġustament imsemmi fl-Artikolu 108.
Barra minn hekk, immudellar parzjali jista’ jiġi applikat għan-negozju kollu tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, jew għal wieħed biss jew aktar minn wieħed
mill-unitajiet prinċipali tan-negozju.
|
|
Artikolu 112 3.
|
Fi kwalunkwe applikazzjoni għall-approvazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jissottomettu, ta’ lanqas, evidenza dokumentata li l-mudell intern jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 120 sa 125.
Meta l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tkun dwar mudell intern parzjali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 120 sa 125 għandhom jiġu adattati biex jitqies l-ambitu limitat tal-applikazzjoni tal-mudell.
|
|
Artikolu 112 3a.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jinfurmaw lill-EIOPA f’konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 dwar kwalunkwe applikazzjoni biex jintuża jew jinbidel mudell intern. Fuq it-talba ta’ awtorità superviżorja kkonċernata waħda jew aktar, l-EIOPA tista’ tipprovdi assistenza teknika, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(1) ta’ dak ir-Regolament, lill-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji li talbu l-assistenza, fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.
|
|
Artikolu 112 4.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur minn meta jirċievu l-applikazzjoni kompluta.
|
|
Artikolu 112 5.
|
L-awtoritajiet superviżorji għandhom japprovaw l-applikazzjoni biss jekk ikunu sodisfatti li s-sistemi tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għall-identifikazzjoni, għat-tkejjil, għall-monitoraġġ, għall-ġestjoni u għar-rappurtar tar-riskju huma adegwati u partikolarment li l-mudell intern jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 112 6.
|
Deċiżjoni mill-awtoritajiet superviżorji biex tiġi rrifjutata applikazzjoni għall-użu ta’ mudell intern għandha tagħti r-raġunijiet li fuqhom tkun msejsa.
|
|
Artikolu 112 7.
|
Wara li jkunu rċevew l-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji dwar l-użu ta’ mudell intern, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu, permezz ta’ deċiżjoni mmotivata, jiġu rikjesti li jipprovdu lill-awtoritajiet superviżorji stima
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ determinat skont il-formula standard, kif stipulat fis-Subtaqsima 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|