|
+Artikolu 124 Standards ta’ validazzjoni |
Artikolu 124 Standards ta’ validazzjoniArtikolu 124 Standards ta’ validazzjoni L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikollhom ċiklu regolari ta’ validazzjoni tal-mudell li jinkludi l-monitoraġġ tar-rendiment tal-mudell intern, l-eżaminar fuq bażi kontinwa tal-adegwatezza tal-ispeċifikazzjoni tiegħu u t-tqabbil tar-riżultati mal-esperjenza. Il-proċess tal-validazzjoni tal-mudell għandu jinkludi proċess statistiku effikaċi għall-validazzjoni tal-mudell intern li jħalli lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni juru lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom li r-rekwiżiti kapitali li rriżultaw huma xierqa. Il-metodi statistiċi applikati għandhom jivverifikaw l-adegwatezza tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà mhux biss meta mqabbel mal-esperjenza rigward it-telf, iżda wkoll mad-data materjali ġdida kollha u mal-informazzjoni relatata magħhom. Il-proċess tal-validazzjoni tal-mudell jinkludi analiżi tal-istabbiltà tal-mudell intern u partikolarment il-verifika tas-sensittività tar-riżultati tal-mudell intern għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti prinċipali. Din tinkludi wkoll il-valutazzjoni tal-preċiżjoni, tal-kompletezza u tal-adegwatezza tad-data użata mill-mudell intern. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|