Mingħajr ħsara għall-punt (d) tal-paragrafu 1, il-Kapital Minimu Rekwiżit m’għandu la jkun inqas minn 25 % u lanqas jaqbeż il-45 %
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża, ikkalkolat skont il-Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 2 jew 3, kif ukoll kwalunkwe żieda ta’ kapital imposta skont l-Artikolu 37.
▼M5
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, għal perjodu li jiġi fi tmiemu mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, li jeżiġu li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tapplika l-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu esklussivament għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża kkalkulat skont il-Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsima 2.
▼B