+Artikolu 129 Kalkolu tal-Kapital Minimu Rekwiżit
---+Artikolu 129 1.
---+Artikolu 129 2.
---+Artikolu 129 3.
---+Artikolu 129 4.
---+Artikolu 129 5.
|
Artikolu 129 Kalkolu tal-Kapital Minimu Rekwiżit
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 129 1.
|
Il-Kapital Minimu Rekwiżit għandu jiġi kkalkolat skont il-prinċipji li ġejjin:
(a)
għandu jiġi kkalkolat b’mod ċar u sempliċi, b’mod li jiggarantixxi li l-kalkolu jkun jista’ jiġi sottopost għal verifika;
(b)
għandu jikkorrispondi mal-ammont ta’ fondi proprji ta’ bażi eliġibbli li taħtu t-titolari ta’ polza u l-benefiċjarji jkunu esposti għal livell inaċċettabbli ta’ riskju kieku l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu permessi jkomplu l-operazzjonijiet tagħhom;
(ċ)
il-funzjoni lineari msemmija fil-paragrafu 2 użata biex jiġi kkalkulat il-Kapital Minimu Rekwiżit hija kkalibrata mal-Valur mar-Riskju tal-fondi proprji ta’ bażi ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għal livell ta’ fiduċja ta’ 85 % matul perjodu ta’ sena;
(d)
għandu jkollu livell minimu assolut ta’:
▼M5
(i)
►M10
b’EUR 2 700 000 ◄ għall-impriżi tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, inklużi kumpaniji tal-assigurazzjoni captive, minbarra fil-każ fejn ir-riskji kollha inklużi f'waħda mill-klassijiet 10 sa 15 elenkati fil-Parti A tal-Anness I, jew xi wħud minnhom, ikunu koperti, li f'dan il-każ m'għandux ikun inqas minn
►M10
b’EUR 4 000 000 ◄ ;
(ii)
►M10
b’EUR 4 000 000 ◄ għall-impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja, inklużi impriżi tal-assigurazzjoni captive;
(iii)
►M10
b’EUR 3 900 000 ◄ għall-impriżi tar-riassigurazzjoni, minbarra fil-każ ta' impriżi tar-riassigurazzjoni captive, li f'dan il-każ ir-Rekwiżit Kapitali Minimu m'għandux ikun inqas minn
►M10
b’EUR 1 300 000 ◄ ;
▼B
(iv)
is-somma tal-ammonti stipulati fil-punti (i) u (ii) għall-impriżi tal-assigurazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 73(5).
|
|
Artikolu 129 2.
|
Bla ħsara għall-paragrafu 3, il-Kapital Minimu Rekwiżit għandu jkun ikkalkulat bħala funzjoni lineari ta’ sett jew subset tal-varjabbli li ġejjin: id-dispożizzjonijiet tekniċi, il-premiums maħruġin, il-kapital b’riskju, it-taxxa differita u l-ispejjeż amministrattivi tal-impriża. Il-varjabbli użati għandhom ikunu mkejla bħala netti mir-riassigurazzjoni.
|
|
Artikolu 129 3.
|
Mingħajr ħsara għall-punt (d) tal-paragrafu 1, il-Kapital Minimu Rekwiżit m’għandu la jkun inqas minn 25 % u lanqas jaqbeż il-45 %
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża, ikkalkolat skont il-Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 2 jew 3, kif ukoll kwalunkwe żieda ta’ kapital imposta skont l-Artikolu 37.
▼M5
L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, għal perjodu li jiġi fi tmiemu mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, li jeżiġu li impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tapplika l-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu esklussivament għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriża kkalkulat skont il-Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsima 2.
▼B
|
|
Artikolu 129 4.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jikkalkolaw il-Kapital Minimu Rekwiżit talanqas kull trimestru u jirrappurtaw ir-riżultati ta’ dak il-kalkolu lill-awtoritajiet superviżorji.
▼M5
Għall-finijiet tal-kalkoli tal-limiti msemmija fil-paragrafu 3, l-impriżi m'għandhomx ikunu meħtieġa jikkalkulaw ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kull tliet xhur.
▼B
Fejn wieħed mil-limiti msemmija fil-paragrafu 3 jiddetermina l-Kapital Minimu Rekwiżit ta’ impriża, l-impriża għandha tipprovdi lill-awtorità superviżorja informazzjoni li tippermetti li wieħed jifhem sew ir-raġunijiet għal dan.
|
|
Artikolu 129 5.
|
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sal-31 ta' Diċembru 2020, rapport dwar ir-regoli tal-Istati Membri u l-prattiki tal-awtoritajiet superviżorji adottati skont il-paragrafi 1 sa 4.
▼B
Dak ir-rapport għandu jindirizza, partikolarment, l-użu u l-livell tal-livell massimu u dak minimu stabbilit fil-paragrafu 3 kif ukoll kwalunkwe problema ffaċċjata mill-awtoritajiet superviżorji u mill-impriżi fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|