+Artikolu 132 Prinċipju tal-“persuna prudenti”
---+Artikolu 132 1.
---+Artikolu 132 2.
---+Artikolu 132 3.
---+Artikolu 132 4.
|
Artikolu 132 Prinċipju tal-“persuna prudenti”
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 132 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jinvestu l-attivi kollha tagħhom skont il-prinċipju tal-“persuna prudenti”, kif speċifikat fil-paragrafi 2, 3 u 4.
|
|
Artikolu 132 2.
|
Fir-rigward tal-portafoll tal-attivi kollu, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinvestu biss f’attivi u strumenti li r-riskji tagħhom jistgħu jiġu identifikati, imkejla, immonitorjati, ġestiti, ikkontrollati u rrapportati kif xieraq mill-impriża u meqjusa kif xieraq fl-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ġenerali
►C4
tas-solvenza ◄ tagħhom skont l-Artikolu 45(1)(a).
L-attivi kollha, partikolarment dawk li jkopru l-Kapital Minimu Rekwiżit u
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , għandhom ikunu investiti b’mod li jiggarantixxu s-sigurtà, il-kwalità, il-likwidità u l-profittabbiltà tal-portafoll meħud kollu kemm hu. Barra minn hekk il-lokalizzazzjoni ta’ dawk l-attivi għandha tkun tali li tiżgura d-disponibbiltà tagħhom.
Anki l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi għandhom ikunu investiti b’mod xieraq man-natura u t-tul ta’ żmien tal-passivi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Dawk l-attivi għandhom ikunu investiti fl-aħjar interess tat-titolari ta’ polza u tal-benefiċjarji kollha filwaqt li jitqies kwalunkwe objettiv ta’ politika żvelat.
F’każ ta’ kunflitt ta’ interessi, l-impriżi tal-assigurazzjoni, jew l-entità li tamministra l-portafoll tal-attivi, għandha tiggarantixxi li l-investiment isir fl-aħjar interess tat-titolari ta’ polza u tal-benefiċjarji.
|
|
Artikolu 132 3.
|
Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, fir-rigward tal-attivi miżmuma fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fihom ir-riskju ta’ investiment huwa merfugħ mit-titolari tal-poloz, għandhom japplikaw it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
Jekk il-benefiċċji previsti f’kuntratt huma direttament marbuta mal-valur tal-unitajiet ta’ UCITS skont id-definizzjoni fid-Direttiva 85/611/KEE, jew mal-valur tal-attivi kontenuti f’fond intern miżmum mill-impriżi tal-assigurazzjoni, normalment maqsum f’unitajiet, id-dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma’ dawk il-benefiċċji għandhom ikunu rappreżentati mill-qrib kemm jista’ jkun minn dawk l-unitajiet jew, fil-każ li dawn mhumiex stabbiliti, minn dawk l-attivi.
Jekk il-benefiċċji previsti f’kuntratt huma direttament marbuta ma’ indiċi ta’ ishma jew xi valur ta’ referenza barra minn dak imsemmi fit-tieni subparagrafu, id-dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ dawk il-benefiċċji għandhom jiġu rappreżentati mill-qrib kemm jista’ jkun jew mill-unitajiet meqjusa li jirrappreżentaw il-valur ta’ referenza jew, meta unitajiet mhumiex stabbiliti, minn attivi ta’ sigurtà u negozjabbiltà xierqa li jikkorrispondu mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ dawk li fuqhom hu bbażat il-valur ta’ referenza partikolari.
Jekk il-benefiċċji msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi jinkludu garanzija ta’ rendiment ta’ investiment jew xi benefiċċju garantit ieħor, l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi addizzjonali korrispondenti għandhom ikunu suġġetti għall-paragrafu 4.
|
|
Artikolu 132 4.
|
Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, fir-rigward tal-attivi differenti minn dawk koperti mill-paragrafu 3, għandhom japplikaw mit-tieni sal-ħames subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-użu ta’ strumenti derivati għandu jkun possibbli sakemm dawn jikkontribwixxu għal tnaqqis tar-riskji jew jiffaċilitaw ġestjoni effikaċi tal-portafoll.
L-investimenti u l-attivi li mhumiex ammessi għal kummerċ f’suq finanzjarju regolamentat għandhom jinżammu f’livelli prudenzjali.
L-attivi għandhom ikunu diversifikati b’mod xieraq, b’mod li tiġi evitata dipendenza eċċessiva minn attiv partikolari, minn dak li joħroġhom jew minn grupp ta’ impriżi jew żona ġeografika partikolari u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta’ riskji fil-portafoll kollu kemm hu.
L-investimenti fl-attivi maħruġa mill-istess kumpannija li toħroġ jew minn kumpaniji li joħorġu li huma tal-istess grupp ma għandhomx jesponu lill-impriża tal-assigurazzjoni għall-konċentrazzjoni eċċessiva ta’ riskji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|