|
+Artikolu 132 3. |
Artikolu 132 3.Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, fir-rigward tal-attivi miżmuma fir-rigward tal-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja li fihom ir-riskju ta’ investiment huwa merfugħ mit-titolari tal-poloz, għandhom japplikaw it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Jekk il-benefiċċji previsti f’kuntratt huma direttament marbuta mal-valur tal-unitajiet ta’ UCITS skont id-definizzjoni fid-Direttiva 85/611/KEE, jew mal-valur tal-attivi kontenuti f’fond intern miżmum mill-impriżi tal-assigurazzjoni, normalment maqsum f’unitajiet, id-dispożizzjonijiet tekniċi relatati ma’ dawk il-benefiċċji għandhom ikunu rappreżentati mill-qrib kemm jista’ jkun minn dawk l-unitajiet jew, fil-każ li dawn mhumiex stabbiliti, minn dawk l-attivi. Jekk il-benefiċċji previsti f’kuntratt huma direttament marbuta ma’ indiċi ta’ ishma jew xi valur ta’ referenza barra minn dak imsemmi fit-tieni subparagrafu, id-dispożizzjonijiet tekniċi fir-rigward ta’ dawk il-benefiċċji għandhom jiġu rappreżentati mill-qrib kemm jista’ jkun jew mill-unitajiet meqjusa li jirrappreżentaw il-valur ta’ referenza jew, meta unitajiet mhumiex stabbiliti, minn attivi ta’ sigurtà u negozjabbiltà xierqa li jikkorrispondu mill-qrib kemm jista’ jkun ma’ dawk li fuqhom hu bbażat il-valur ta’ referenza partikolari. Jekk il-benefiċċji msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi jinkludu garanzija ta’ rendiment ta’ investiment jew xi benefiċċju garantit ieħor, l-attivi miżmuma biex ikopru d-dispożizzjonijiet tekniċi addizzjonali korrispondenti għandhom ikunu suġġetti għall-paragrafu 4. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|