+Artikolu 138 4.

Artikolu 138 4.

Fil-każ ta' sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena li jaffettwaw l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tas-suq jew tal-linji tan-negozju affettwati, kif iddikjarat mill-AEAPX, u meta xieraq wara konsultazzjoni mal-BERS, l-awtorità superviżorja tista' testendi, għall-impriżi affettwati, il-perjodu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 b'perjodu massimu ta'seba' snin b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha inkluż it-tul medju tad-dispożizzjonijiet tekniċi.

Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-AEAPX skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-AEAPX għandha, wara talba mill-awtorità superviżorja konċernata, tiddikjara l-eżistenza ta' sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena fis-swieq finanzjarji. L-awtorità superviżorja konċernata tista' tagħmel talba jekk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tas-suq jew tal-linji tan-negozju affettwati ma jkunux jistgħu jissodisfaw wieeħd mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3. Ikunu jeżistu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tas-suq jew tal-linji tan-negozju affettwati jkunu affettwati serjament jew ħażin minn waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

waqgħa fis-swieq finanzjarji mhux prevista u drastika;

(b) 

ambjent ta' rata tal-imgħax baxxa persistenti;

(c) 

avveniment katastrofiku b'impatt qawwi.

L-AEAPX għandha, f'kooperazzjoni mal-awtorità superviżjorja konċernata, tivvaluta fuq bażi regolari jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu jkunux għadhom japplikaw. L-AEAPX għandha, f'kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja konċernata, tiddikjara meta sitwazzjoni ħażina ma tkunx għadha teżisti.

Kull tliet xhur, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni konċernata għandha tippreżenta rapport ta' progress lill-awtorità superviżorja tagħha li fih tispjega l-miżuri li jkunu ttieħdu u l-progress li jkun sar biex jerġa' jiġi stabbilit il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopri r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza.

L-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi rtirata meta dak ir-rapport ta' progress juri li ma kien hemm l-ebda progress sinifikanti biex jintlaħaq l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru l-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità ►C4  mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ bejn id-data tal-osservazzjoni tan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-data tal-preżentazzjoni tar-rapport ta' progress.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.