+Artikolu 172 Ekwivalenza fir-rigward tal-impriżi tar-riassigurazzjoni
---+Artikolu 172 1.
---+Artikolu 172 2.
---+Artikolu 172 3.
---+Artikolu 172 4.
---+Artikolu 172 5.
---+Artikolu 172 6.
|
Artikolu 172 Ekwivalenza fir-rigward tal-impriżi tar-riassigurazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 172 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a, li jispeċifikaw il-kriterji sabiex jiġi ivvalutat jekk ir-reġim tas-solvenza ta' pajjiż terz li japplika għal attivitajiet ta' riassigurazzjoni ta' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I.
|
|
Artikolu 172 2.
|
Jekk il-kriterji adottati skont il-paragrafu 1 ikunu ġew issodisfati minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista', b'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim tas-solvenza ta' dak il-pajjiż terz li japplika għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni ta' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz, huwa ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I ta' din id-Direttiva. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment, biex iqisu kwalunkwe tibdil sinifikanti fir-reġim superviżorju stipulat fit-Titolu I, u fir-reġim superviżorju tal-pajjiż terz. L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 172 3.
|
Meta skont il-paragrafu 2 ir-reġim ta' solvenza ta' pajjiż terz ikun ġie meqjus ekwivalenti għal dak stipulat f'din Direttiva, kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi ma' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħal kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi ma' impriżi awtorizzati skont din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 172 4.
|
B'deroga mill-paragrafu 2, u anke jekk il-kriterji speċifikati skont il-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, il-Kummissjoni tista', għal perjodu limitat, b'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim ta' solvenza ta' pajjiż terz applikat għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni ta' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz huwa temporanjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, jekk dak il-pajjiżi terz ikun tal-inqas ikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
(a)
ikun ta impenn lill-Unjoni li jadotta u japplika reġim ta' solvenza li jkun jista' jiġi vvalutat bħala ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 2, qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu limitat u li jieħu sehem fil-proċess ta' valutazzjoni tal-ekwivalenza;
(b)
ikun stabbilixxa programm ta' ħidma biex jissodisfa l-impenn imsemmi fil-punt (a);
(c)
ikun alloka biżżejjed riżorsi biex jissodisfa l-impenn imsemmi fil-punt (a);
(d)
ikollu reġim ta' solvenza li huwa bbażat fuq ir-riskju u jistabbilixxi rekwiżiti ta' solvenza kwantitattivi u kwalitattivi u rekwiżiti relatati mar-rappurtar superviżorju u t-trasparenza;
(e)
ikun daħal f'arranġamenti bil-miktub biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni superviżorja kunfidenzjali mal-AEAPX u mal-awtoritajiet superviżorji;
(f)
ikollu sistema ta' superviżjoni indipendenti; u
(g)
ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji.
Kwalunkwe atti delegati dwar ekwivalenza temporanja għandha tqis ir-rapporti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 177(2). Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment, abbażi tar-rapporti ta' progress mill-pajjiż terz rilevanti, li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u jiġu vvalutati minnha kull sena. L-AEAPX għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' dawk ir-rapporti ta' progress. L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 301a li jispeċifikaw ulterjorment il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 172 5.
|
Il-perjodu limitat imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020 jew fid-data li fiha, f'konformità mal-paragrafu 2, ir-reġim superviżorju ta' dak il-pajjiż terz ikun ġie meqjus bħala ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, skont liema tiġi l-ewwel. Dak il-perjodu jista' jiġi estiż b'sa sena meta dan ikun meħtieġ għall-AEAPX u l-Kummissjoni biex iwettqu l-valutazzjoni tal-ekwivalenza għall-finijiet tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 172 6.
|
Il-kuntratti tar-riassigurazzjoni konklużi ma' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz, li r-reġim superviżorju tiegħu jkun tqies bħala temporanjament ekwivalenti skont il-paragrafu 4, għandhom jingħataw l-istess trattament bħal dak stabbilit fil-paragrafu 3. L-Artikolu 173 għandu japplika wkoll għall-impriżi tar-riassigurazzjoni li jkollhomo l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiż terz, li r-reġim superviżorju tiegħu ikun tqies bħala temporanjament ekwivalenti skont il-paragrafu 4.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|