|
+Artikolu 172 4. |
Artikolu 172 4.B'deroga mill-paragrafu 2, u anke jekk il-kriterji speċifikati skont il-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, il-Kummissjoni tista', għal perjodu limitat, b'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim ta' solvenza ta' pajjiż terz applikat għall-attivitajiet tar-riassigurazzjoni ta' impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz huwa temporanjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, jekk dak il-pajjiżi terz ikun tal-inqas ikkonforma mal-kriterji li ġejjin:
(a)
ikun ta impenn lill-Unjoni li jadotta u japplika reġim ta' solvenza li jkun jista' jiġi vvalutat bħala ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 2, qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu limitat u li jieħu sehem fil-proċess ta' valutazzjoni tal-ekwivalenza;
(b)
ikun stabbilixxa programm ta' ħidma biex jissodisfa l-impenn imsemmi fil-punt (a);
(c)
ikun alloka biżżejjed riżorsi biex jissodisfa l-impenn imsemmi fil-punt (a);
(d)
ikollu reġim ta' solvenza li huwa bbażat fuq ir-riskju u jistabbilixxi rekwiżiti ta' solvenza kwantitattivi u kwalitattivi u rekwiżiti relatati mar-rappurtar superviżorju u t-trasparenza;
(e)
ikun daħal f'arranġamenti bil-miktub biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni superviżorja kunfidenzjali mal-AEAPX u mal-awtoritajiet superviżorji;
(f)
ikollu sistema ta' superviżjoni indipendenti; u
(g)
ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji. Kwalunkwe atti delegati dwar ekwivalenza temporanja għandha tqis ir-rapporti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 177(2). Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment, abbażi tar-rapporti ta' progress mill-pajjiż terz rilevanti, li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u jiġu vvalutati minnha kull sena. L-AEAPX għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' dawk ir-rapporti ta' progress. L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 301a li jispeċifikaw ulterjorment il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|