Il-Kummissjoni għandha tissottometti perjodikament lill-Kunsill rapport li jeżamina t-trattament mogħti, f’pajjiżi terzi, lil impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità, dwar dan li ġej:
(a)
l-istabbiliment f’pajjiżi terzi ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni awtorizzati fil-Komunità;
(b)
il-ksib ta’ azzjonijiet f’impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-pajjiżi terzi;
(ċ)
l-eżerċizzju ta’ attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn dawn l-impriżi mwaqqfa;
(d)
il-forniment minn naha għall-oħra tal-fruntiera ta’ attivitajiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni mill-Komunità lil pajjiżi terzi.
Il-Kummissjoni għandha tissottometti dawk ir-rapporti lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe proposti jew rakkomandazzjonijiet xierqa.