+Artikolu 185 Informazzjoni għal titolari ta’ poloz
---+Artikolu 185 1.
---+Artikolu 185 2.
---+Artikolu 185 3.
---+Artikolu 185 4.
---+Artikolu 185 5.
---+Artikolu 185 6.
---+Artikolu 185 7.
---+Artikolu 185 8.

Artikolu 185 Informazzjoni għal titolari ta’ poloz

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 185 1.
Qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt tal-assigurazzjoni tal-ħajja, mill-inqas l-informazzjoni stipulata fil-paragrafi 2 sa 4 għandha tiġi kkomunikata lit-titolari tal-polza.
Artikolu 185 2.

L-informazzjoni li ġejja dwar l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja għandha tiġi komunikata:

(a) 

isem l-impriża u l-forma ġuridika tagħha;

(b) 

isem l-Istat Membru li fih jinstabu l-uffiċċju ewlieni u, fejn xieraq, il-fergħa li tikkonkludi l-kunratt;

(ċ) 

indirizz tal-uffiċċju ewlieni u, fejn xieraq, tal-fergħa li tikkonkludi l-kuntratt;

(d) 

referenza konkreta għar-rapport dwar ►C4  is-solvenza ◄ u l-kondizzjoni finanzjarja kif stipulat fl-Artikolu 51, li tippermetti lit-titolari tal-polza aċċess faċli għal dan it-tagħrif;

Artikolu 185 3.

L-informazzjoni li ġejja dwar l-impenn għandha tiġi komunikata:

(a) 

definizzjoni ta’ kull benefiċċju u kull għażla;

(b) 

terminu tal-kuntratt;

(ċ) 

mezzi biex jiġi terminat il-kuntratt;

(d) 

mezzi ta’ ħlas ta’ premiums u d-durata tal-pagamenti;

(e) 

mezzi tal-kalkolu u d-distribuzzjoni ta’ bonusijiet;

(f) 

indikazzjoni ta’ valuri ta’ rinunzja u valuri mħallsa u sa liema miżura huma garantiti;

(g) 

informazzjoni dwar il-premiums għal kull benefiċċju, kemm benefiċċji ewlenija u kemm benefiċċji supplimentari, fejn xieraq;

(h) 

għal poloz marbuta ma’ unitajiet, definizzjoni tal-unitajiet li huma marbuta magħhom il-benefiċċji;

(i) 

indikazzjoni tan-natura tal-attivi bażi għal poloz marbuta ma’ unitajiet;

(j) 

arranġamenti għall-applikazzjoni tal-perjodu ta’ cooling-off;

(k) 

informazzjoni ġenerali dwar arranġamenti tat-taxxa applikabbli għat-tip ta’ polza;

(l) 

l-arranġamenti biex jiġu trattati lmenti li jikkonċernaw kuntratti minn titolari ta’ poloz, ħajjiet assigurati jew benefiċjarji taħt kuntratti, inkluża, fejn xieraq, l-eżistenza ta’ korp ta’ lmenti mingħajr preġudizzju għad-dritt li jittieħdu proċeduri legali;

(m) 

liġi applikabbli għall-kuntratt meta l-partijiet m’għandhomx għażla libera jew, meta l-partijiet huma liberi li jagħżlu l-liġi applikabbli, il-liġi li l-impriża tal-assigurazzjoni tipproponi li tagħżel.

Artikolu 185 4.
Barra minn hekk, għandha tingħata informazzjoni speċifika biex jiġi pprovdut fehim xieraq tar-riskji involuti fil-kuntratt assunti mit-titolari tal-polza.
Artikolu 185 5.

It-titolari tal-polza għandu jinżamm infurmat tul it-terminu tal-kuntratt bi kwalunkwe bidla li tikkonċerna l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kondizzjonijiet tal-polza, kemm ġenerali u speċjali;

(b) 

l-isem tal-impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja, il-forma ġuridika tagħha jew l-indirizz tal-uffiċċju prinċipali tagħha u, fejn xieraq, tal-fergħa li kkonkludiet il-kuntratt;

(ċ) 

l-informazzjoni kollha elenkata fil-punti (d) sa (j) tal-paragrafu 3 fil-każ ta’ bidla fil-kondizzjonijiet ta’ polza jew l-emenda tal-liġi applikabbli għall-kuntratt;

(d) 

kull sena, informazzjoni dwar l-istat tal-bonusijiet.

Fejn, b’ konnessjoni mal-offerta jew il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għall-ħajja, l-assigurant jipprovdi ċifri marbuta mal-ammont ta’ pagamenti potenzjali aktar u lil hinn mill-pagamenti miftiehma fil-kuntratt, l-assigurant għandu jipprovdi lit-titolari tal-polza b’kampjun tal-kalkolu li bih il-pagament potenzjali tal-maturità jiġi stabbilit bl-applikazzjoni tal-bażi għall-kalkolu tal-premium filwaqt li jintużaw tliet rati differenti ta’ interessi. Dan m’ għandux japplika għal assigurazzjonijiet u kuntratti fissi. L-assigurant għandu jgħarraf lit-titolari tal-polza b’mod ċar u komprensibbli li l-kampjun tal-kalkolu huwa biss mudell ta’ komputazzjoni bbażat fuq suppożizzjonijiet nozzjonali, u li t-titolari tal-polza m’għandux joħroġ klejm kuntrattwali mill-kampjun tal-kalkolu.

Fil-każ ta’ assigurazzjonijiet b’ parteċipazzjoni bil-qligħ, l-assigurant għandu jinforma lit-titolari tal-polza kull sena bil-miktub bl-istatus tal-klejms tat-titolari tal-polza, bl-inkorporazzjoni tal-qligħ parteċipattiv. Barra minn hekk, fejn l-assigurant ikun ipprovda ċifri dwar l-iżvilupp potenzjali fil-ġejjieni tal-qligħ parteċipattiv, l-assigurant għandu jinforma lit-titolari tal-polza bid-differenzi bejn l-iżvilupp attwali u d-data inizjali.

Artikolu 185 6.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 sa 5 għandha tiġi pprovduta b’mod ċar u eżatt, bil-miktub, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru tal-impenn.

Madankollu, din l-informazzjoni tista’ tkun f’lingwa oħra jekk it-titolari tal-polza jitlob hekk u l-liġi tal-Istat Membru tippermetti dan jew it-titolari tal-polza huwa liberu li jagħżel il-liġi applikabbli.

Artikolu 185 7.
L-Istat Membru tal-impenn jista jeħtieġ li impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jfornu informazzjoni b’żieda ma’ dik elenkata fil-paragrafi 2 sa 5 biss jekk hija neċessarja għal ftehim sewwa mit-titolari tal-polza tal-elementi essenzjali tal-impenn.
Artikolu 185 8.
Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 sa 7 għandhom jiġu stabbiliti mill-Istat Membru tal-impenn.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.