Artikolu 209
Premiums għal kummerċ ġdid
Premiums għal kummerċ ġdid għandhom ikunu suffiċjenti, fuq suppożizzjonijiet attwarji raġonevoli, sabiex jippermettu li impriżi tal-assigurazzjoni tal-ħajja jissodisfaw l-impenji kollha tagħhom u, b’mod partikolari, biex jistabbilixxu dispożizzjonijiet tekniċi adegwati.
Għal dan il-għan, jistgħu jitqiesu l-aspetti kollha tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kull impriża tal-assigurazzjoni tal-ħajja, mingħajr il-kontribut minn riżorsi ta’ xort’oħra minn premiums u introjtu mdaħħal fuqhom li jkun sistematiku u permanenti b’tali mod li jista’ jipperikola
►C4
s-solvenza ◄ tal-impriża kkonċernata fit-tul.