+Artikolu 239 Is-sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: nuqqas ta’ konformità►C4mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza◄u l-Kapital Minimu Rekwiżit
---+Artikolu 239 1.
---+Artikolu 239 2.
---+Artikolu 239 3.
---+Artikolu 239 4.
|
Artikolu 239 Is-sussidjarji ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni: nuqqas ta’ konformità►C4mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza◄u l-Kapital Minimu Rekwiżit
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 239 1.
|
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u bla ħsara għall-Artikolu 138, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha –– tressaq bla dewmien quddiem il-kulleġġ tas-superviżuri l-pjan ta’ rkupru tal-impriża sussidjarja sabiex jinkiseb, fi żmien sitt xhur minn l-ewwel darba li jkun ġie osservat in-nuqqas ta’ konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .
Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jagħmel kull ma jista’ biex jasal għal ftehim dwar il-proposta tal-awtorità superviżorja rigward l-approvazzjoni tal-pjan tal-irkupru fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ meta jkun ġie l-ewwel osservat in-nuqqas ta’ konformità mal-
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .
Fin-nuqqas ta’ tali ftehiml, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha tiddeċiedi jekk il-pjan tal-irkupru għandux jiġi approvat, filwaqt li tieħu kont xieraq tal -fehmiet jew r-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri.
|
|
Artikolu 239 2.
|
Fejn l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja tidentifika, b’konformità mal-Artikolu 136, li l-kondizzjonijiet finanzjarji jkunu sejrin lura, għandha tinnotifika bla dewmien lill-kulleġġ tas-superviżuri bill-miżuri proposti. Bl-eċċezzjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, il-miżuri li għandhom jittieħdu għandhom jiġu diskussi fil-kulleġġ tas-superviżuri.
Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jagħmel kull ma jista’ biex jasal għal ftehim dwar il- miżuri proposti li għandhom jittieħdu fi żmien xahar minn-notifika.
Fin-nuqqas ta’ tali ftehiml, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha tiddeċiedi jekk il-miżuir proposti għandhomx jiġu approvati, filwaqt li tieħu kont xieraq tal -fehmiet jew r-riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri.
|
|
Artikolu 239 3.
|
Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit u bla ħsara għall-Artikolu 139, l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża sussidjarja għandha –– tressaq bla dewmien lill-kulleġġ tas-superviżuri l-iskema finanzjarja għal żmien qasir imressqa mill-impriża sussidjarja sabiex jinkiseb, fi żmien tliet xhur mid-data minn meta ġie l-ewwel osservat in-nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit, l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli li jkopru l-Kapital Minimu Rekwiżit jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit. Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jkun mgħarraf ukoll bil-miżuri li jittieħdu għall-infurzar tal-Kapital Minimu Rekwiżit fil-livell tal-impriża sussidjarja.
|
|
Artikolu 239 4.
|
L-awtorità superviżorja jew s-superviżur tal-grupp jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fejn huma ma jaqblux fuq kwalukwe minn dawn li ġejjin:
(a)
dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta' rkupru, inkluża kwalunkwe estensjoni tal-perjodu ta' rkupru, fi żmien il-perjodu ta' erba' xhur imsemmi fil-paragrafu 1; jew
(b)
dwar l-approvazzjoni tal-miżuri proposti, fi żmien il-perjodu ta' xahar imsemmi fil-paragrafu 2.
F'dawk il-każijiet, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn dan ir-riferiment. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX:
(a)
wara t-tmiem tal-perjodu ta' erba' xhur jew ta' xahar rispettivament imsemmi fl-ewwel subparagrafu;
(b)
wara li jkun intlaħaq ftehim fi ħdan il-kulleġġ, skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2;
(c)
fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza kif imsemmija fil-paragrafu 2.
Il-perjodu ta' erba' xhur jew ta' xahar rispettivament għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament. L-awtorità superviżorja, wara li tkun awtorizzat lil dik is-sussidjarja, għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. Id-deċiżjoni għandha tagħti l-motivazzjonijiet sħaħ li fuqhom tkun ġiet ibbażata. Id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lis-sussidjarja u lill-kulleġġ tas-superviżuri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|