|
+Artikolu 239 4. |
Artikolu 239 4.L-awtorità superviżorja jew s-superviżur tal-grupp jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fejn huma ma jaqblux fuq kwalukwe minn dawn li ġejjin:
(a)
dwar l-approvazzjoni tal-pjan ta' rkupru, inkluża kwalunkwe estensjoni tal-perjodu ta' rkupru, fi żmien il-perjodu ta' erba' xhur imsemmi fil-paragrafu 1; jew
(b)
dwar l-approvazzjoni tal-miżuri proposti, fi żmien il-perjodu ta' xahar imsemmi fil-paragrafu 2. F'dawk il-każijiet, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn dan ir-riferiment. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX:
(a)
wara t-tmiem tal-perjodu ta' erba' xhur jew ta' xahar rispettivament imsemmi fl-ewwel subparagrafu;
(b)
wara li jkun intlaħaq ftehim fi ħdan il-kulleġġ, skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2;
(c)
fil-każ ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza kif imsemmija fil-paragrafu 2. Il-perjodu ta' erba' xhur jew ta' xahar rispettivament għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament. L-awtorità superviżorja, wara li tkun awtorizzat lil dik is-sussidjarja, għandha tiddeferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. Id-deċiżjoni għandha tagħti l-motivazzjonijiet sħaħ li fuqhom tkun ġiet ibbażata. Id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lis-sussidjarja u lill-kulleġġ tas-superviżuri. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|