+Artikolu 248 Id-drittijiet u l-obbligi tas-superviżur ta’ grupp u tas-superviżuri l-oħrajn Kulleġġ ta’ superviżuri
---+Artikolu 248 1.
---+Artikolu 248 2.
---+Artikolu 248 3.
---+Artikolu 248 4.
---+Artikolu 248 5.
---+Artikolu 248 6.
---+Artikolu 248 7.
---+Artikolu 248 8.
|
Artikolu 248 Id-drittijiet u l-obbligi tas-superviżur ta’ grupp u tas-superviżuri l-oħrajn Kulleġġ ta’ superviżuri
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 248 1.
|
Id-drittijiet u d-doveri assenjati lis-superviżur tal-grupp fir-rigward tas-superviżjoni ta’ grupp għandhom jinkludu dan li ġej:
(a)
il-koordinazzjoni tal-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni rilevanti u essenzjali tal-ażjenda kummerċjali u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluż it-tixrid ta’ informazzjoni li huwa importanti għall-kompiti superviżorji ta’ awtorità superviżorja;
(b)
reviżjoni u valutazzjoni superviżorji tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp;
(ċ)
evalutazzjoni tal-konformità tal-grupp mar-regoli dwar
►C4
is-solvenza ◄ u l-konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet fost il-grupp kif stabbilit fl-Artikoli 218 sa 245;
(d)
evalutazzjoni tas-sistema ta’ governanza tal-grupp, kif stabbilit fl-Artikolu 246, u dwar jekk il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża parteċipanti jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 42 u 257;
(e)
ippjanar u koordinazzjoni, permezz ta’ laqgħat regolari li jsiru għall-inqas darba f’sena jew mezzi xierqa oħra, tal-attivitajiet superviżorji tal-ażjenda kummerċjali kif ukoll ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, filwaqt li jitqiesu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriżi kollha li huma parti mill-grupp;
(f)
kompiti oħra, miżuri u deċiżjonijiet assenjati lis-superviżur tal-grupp minn din id-Direttiva jew deduċibbli mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment it-tmexxija tal-proċess ta’ validazzjoni ta’ kwalunkwe mudell intern fil-livell ta’ grupp kif stabbilit fl-Artikoli 231 u 233 u t-tmexxija tal-proċess li japprova l-applikazzjoni tar-reġim stabbilit fl-Artikoli 237 sa 240.
|
|
Artikolu 248 2.
|
Sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizju tal-kompiti tas-superviżjoni ta’ grupp, imsemmija fil-paragrafu 1, għandu jiġi stabbilit kulleġġ ta’ superviżjoni ppresedut mis-superviżur tal-grupp.
Il-kulleġġ ta’ superviżuri għandu jiżgura li l-proċessi ta’ koperazzjoni, ta’ skambju tal-informazzjoni u ta’ konsultazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji li huma membri tal-kulleġġ tas-superviżuri jiġu applikati b’mod effettiv b’ konformita’ mat-Titolu III, bil-ħsieb li tiġi promossal-konverġenza tad-deċiżjonijiet u l-attivitajiet rispettivi tagħhom.
▼M5
Meta superviżur ta' grupp jonqos milli jwettaq l-inkarigi msemmija fil-paragrafu 1 jew meta l-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri ma jikkooperawx sa fejn rikjest f'dan il-paragrafu, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.
|
|
Artikolu 248 3.
|
Is-sħubija tal-kulleġġ tas-superviżuri għandha tinkludi lis-superviżur tal-grupp, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kollha li fih jinsabu l-uffiċċji prinċipali tal-impriżi sussidjarji kollha, kif ukoll l-AEAPX, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
▼B
L-awtoritajiet superviżorji tal-fergħat sinifikanti u l-impriżi relatati għandhom jitħallew jieħdu sehem ukoll fil-kulleġġi tas-superviżuri. Madankollu, il-parteċipazzjoni tagħhom għandha tkun limitata biss għall-kisba tal-oġġettiv ta’ skambju effiċjenti tal-informazzjoni.
Il-funzjoni effikaċi tal-kulleġġ tista’ tesiġi li xi attivitajiet jitwettqu minn numru mnaqqas ta’ awtoritajiet superviżorji fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri.
|
|
Artikolu 248 4.
|
Bla ħsara għal kull miżura adottata skont din id-Direttiva, it-twaqqif u l-funzjonament tal-kulleġġ tas-superviżuri għandhom ikunu msejsa fuq l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni konklużi mis-superviżur tal-grupp u mill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati.
▼M5
Fl-eventwalità ta' fehmiet diverġenti li jikkonċernaw l-arranġamenti tal-koordinazzjoni, kwalunkwe membru tal-kulleġġ tas-superviżuri jista' jirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u jitlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu. Is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni finali tiegħu f'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Is-superviżur tal-grupp għandu jittrażmetti d-deċiżjoni lill-awtoritajiet l-oħra superviżorji konċernati.
▼M9 —————
▼B
|
|
Artikolu 248 5.
|
Bla ħsara għall-miżuri adottati skont din id-Direttiva, l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 4ta’ koordinazzjoni għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li ġejjin:
(a)
il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fost l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, f’ konformita’ mal-Artikoli 231, 232 u 247;
(b)
il-konsultazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 218(5).
▼M5
Mingħajr ħsara għad-drittijiet u d-doveri allokati minn din id-Direttiva lis-superviżur tal-grupp u lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn, l-arranġamenti ta' koordinazzjoni jistgħu jagħtu kompiti addizzjonali lis-superviżur tal-grupp, lill-awtoritajiet superviżorji l-oħraj jew lill-AEAPX meta dan jirriżulta f'superviżjoni aktar effiċjenti tal-grupp u ma jfixkilx l-attivitajiet superviżorji tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri fir-rigward tar-responsabilitajiet individwali tagħhom.
▼B
Barra minn hekk, l-arranġamenti ta’ koordinazzjoni jistgħu jistabbilixxu proċeduri għall:
(a)
konsultazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, b’mod partikolari, kif imsemmija fl-Artikoli 213 sa 217, 219 sa 221, 227, 244 sa 246, 250, 256, 260 u 262;
(b)
koperazzjoni ma’ awtoritajiet superviżorji oħrajn.
|
|
Artikolu 248 6.
|
L-AEAPX għandha tfassal linji gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri fuq il-bażi ta' rieżamijiet komprensivi tal-ħidma tagħhom biex tevalwa l-livell ta' konverġenza bejniethom. Tali rieżamijiet għandhom isiru mill-inqas darba kull tliet snin. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżur tal-grupp jgħaddi lill-AEAPX l-informazzjoni dwar il-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri kif ukoll dwar kwalunkwe diffikultà li jkun iltaqa' magħha u li tkun rilevanti għal dawk ir-rieżamijiet. Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tas-superviżuri abbażi tal-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 248 7.
|
Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-koordinazzjoni tas-superviżjoni tal-gruppi għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 6. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 248 8.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a fir-rigward tad-definizzjoni ta' “fergħa sinifikanti”.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|