|
+Artikolu 248 1. |
Artikolu 248 1.Id-drittijiet u d-doveri assenjati lis-superviżur tal-grupp fir-rigward tas-superviżjoni ta’ grupp għandhom jinkludu dan li ġej:
(a)
il-koordinazzjoni tal-ġbir u t-tixrid ta’ informazzjoni rilevanti u essenzjali tal-ażjenda kummerċjali u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, inkluż it-tixrid ta’ informazzjoni li huwa importanti għall-kompiti superviżorji ta’ awtorità superviżorja;
(b)
reviżjoni u valutazzjoni superviżorji tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp;
(ċ)
evalutazzjoni tal-konformità tal-grupp mar-regoli dwar ►C4 is-solvenza ◄ u l-konċentrazzjoni tar-riskju u tranżazzjonijiet fost il-grupp kif stabbilit fl-Artikoli 218 sa 245;
(d)
evalutazzjoni tas-sistema ta’ governanza tal-grupp, kif stabbilit fl-Artikolu 246, u dwar jekk il-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tal-impriża parteċipanti jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 42 u 257;
(e)
ippjanar u koordinazzjoni, permezz ta’ laqgħat regolari li jsiru għall-inqas darba f’sena jew mezzi xierqa oħra, tal-attivitajiet superviżorji tal-ażjenda kummerċjali kif ukoll ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, b’koordinazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, filwaqt li jitqiesu n-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti fin-negozju tal-impriżi kollha li huma parti mill-grupp;
(f)
kompiti oħra, miżuri u deċiżjonijiet assenjati lis-superviżur tal-grupp minn din id-Direttiva jew deduċibbli mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, partikolarment it-tmexxija tal-proċess ta’ validazzjoni ta’ kwalunkwe mudell intern fil-livell ta’ grupp kif stabbilit fl-Artikoli 231 u 233 u t-tmexxija tal-proċess li japprova l-applikazzjoni tar-reġim stabbilit fl-Artikoli 237 sa 240. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|