+Artikolu 260 5.

Artikolu 260 5.

B'deroga mill-paragrafu 3, u wkoll jekk il-kriterji speċifikati fil-paragrafu 2 ma ġewx issodisfati, il-Kummissjoni tista', għal perjodu limitat u f'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim prudenzjali ta' pajjiż terz applikat għal impriżi li l-impriża prinċipali tagħhom jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha barra l-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2014 huwa temporanjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, jekk dak il-pajjiżi terz ikun ikkonforma tal-anqas mal-kriterji li ġejjin:

(a) 

ikun ta impenn lill-Unjoni li jadotta u japplika reġim prudenzjali li jkun jista' jiġi vvalutat bħala ekwivalenti f'konformità mal-paragrafu 3, qabel it-tmiem ta' dak il-perjodu limitat u li jieħu sehem fil-proċess ta' valutazzjoni tal-ekwivalenza;

(b) 

ikun stabbilixxa programm ta' ħidma biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(c) 

ikun alloka biżżejjed riżorsi biex jissodisfa l-impenn skont il-punt (a);

(d) 

ikollu reġim prudenzjali bbażat fuq ir-riskju u jistabbilixxi rekwiżiti ta' solvenza kwantitattivi u kwalitattivi u rekwiżiti relatati mar-rapportar superviżorju u t-trasparenza u mas-superviżjoni tal-gruppi;

(e) 

ikun daħal f'arranġamenti bil-miktub biex jikkoopera u jiskambja informazzjoni superviżorja kunfidenzjali mal-AEAPX u mal-awtoritajiet superviżorji kif definit fl-Artikolu 13(10);

(f) 

ikollu sistema ta' superviżjoni indipendenti;

(g) 

ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu, b'mod partikolari dwar l-iskambju ta' informazzjoni mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji kif definit fl-Artikolu 13(10).

Kwalunkwe atti delegati dwar ekwivalenza temporanja għandhom iqisu r-rapporti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 177(2). Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment, abbażi tar-rapporti ta' progress mill-pajjiż terz rilevanti, li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u jiġu vvalutati minnha annwalment. L-AEAPX għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' dawk ir-rapporti ta' progress.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 301a, li jispeċifikaw aktar il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel subparagrafu. L-atti delegati jistgħu jkopru wkoll setgħat għall-awtoritajiet superviżorji biex jimponu rekwiżiti addizzjonali ta' rapportar superviżorju matul il-perjodu ta' ekwivalenza temporanja.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.