+KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet komuni
---+Artikolu 285 Effetti fuq ċerti kuntratti u drittijiet
---+Artikolu 286 Drittijiet in rem ta’ partijiet terzi
------+Artikolu 286 1.
------+Artikolu 286 2.
------+Artikolu 286 3.
------+Artikolu 286 4.
---+Artikolu 287 Riserva ta’ titolu
------+Artikolu 287 1.
------+Artikolu 287 2.
------+Artikolu 287 3.
---+Artikolu 288 Tpaċija
------+Artikolu 288 1.
------+Artikolu 288 2.
---+Artikolu 289 Swieq regolati
------+Artikolu 289 1.
------+Artikolu 289 2.
---+Artikolu 290 Atti ta’ detriment
---+Artikolu 291 Protezzjoni ta’ xerrejja terzi
---+Artikolu 292 Kawżi pendenti
---+Artikolu 293 Amministraturi u stralċarji
------+Artikolu 293 1.
------+Artikolu 293 2.
------+Artikolu 293 3.
---+Artikolu 294 Reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku
------+Artikolu 294 1.
------+Artikolu 294 2.
---+Artikolu 295 Is-sigriet professjonali
---+Artikolu 296 It-trattament tal-fergħat ta’ impriżi tal-assigurazzjoni f’pajjiż terz

KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet komuni

KAPITOLU IV Dispożizzjonijiet komuni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 285 Effetti fuq ċerti kuntratti u drittijiet

Artikolu 285

Effetti fuq ċerti kuntratti u drittijiet

B’deroga mill-Artikoli 269 u 274, l-effetti tal-bidu ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew proċeduri tal-istralċ għandhom ikunu regolati kif ġej:

(a) 

fir-rigward ta’ kuntratti ta’ impjieg u relazzjonijiet ta’ impjieg, esklussivament bil-liġi tal-Istat Membru biss applikabbli għall-kuntratt ta’ impjieg jew ir-relazzjoni ta’ impjieg;

(b) 

fir-rigward ta’ kuntratti li jagħtu d-dritt li tintuża jew tkun akkwistata proprjetà immobbli esklussivament bil-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli; u

(ċ) 

fir-rigward ta’ drittijiet ta’ impriża tal-assigurazzjoni fir-rigward ta’ proprjetà immobbli, bastiment jew inġenju tal-ajru suġġett għar-reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku, esklussivament bil-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm ir-reġistru.

Artikolu 286 Drittijiet in rem ta’ partijiet terzi
Artikolu 287 Riserva ta’ titolu
Artikolu 288 Tpaċija
Artikolu 289 Swieq regolati
Artikolu 290 Atti ta’ detriment

Artikolu 290

Atti ta’ detriment

Il-punt (1) tal-Artikolu 274(2) ma għandux japplika fejn persuna li bbenefikat minn att legali li huwa ta’ detriment għall-kredituri kollha tipprovdi prova li dak l-att hu suġġett għal-liġi ta’ Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża u prova li dik il-liġi ma tħallix xi mezz ta’ sfida tal-att fil-każ relevanti.

Artikolu 291 Protezzjoni ta’ xerrejja terzi

Artikolu 291

Protezzjoni ta’ xerrejja terzi

Il-liġi li ġejja tapplika fejn, b’att konkluż wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni jew il-bidu ta’ proċeduri ta’ stralċ, impriża tal-assigurazzjoni tiddisponi, għal konsiderazzjoni, minn kwalunkwe mis-segwenti:

(a) 

fir-rigward ta’ attivi immobbli, il-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-propjetà immobbli;

(b) 

fir-rigward ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru suġġetti għar-reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku, il-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm ir-reġistru;

(ċ) 

fir-rigward ta’ titoli trasferibbli jew titoli ta’ kreditu oħrajn, li l-eżistenza tagħhom jew trasferiment jippresupponi dħul f’reġistru jew kont ipprovdut mil-liġi jew li huma mqiegħda f’sistema ta’ depożitu ċentrali rregolata b’liġi ta’ Stat Membru, il-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm ir-reġistru, il-kont jew is-sistema.

Artikolu 292 Kawżi pendenti

Artikolu 292

Kawżi pendenti

L-effetti ta’ miżuri ta’ riorganizzazjoni jew proċeduri ta’ stralċ fuq kawża pendenti dwar attiv jew dritt minn liema impriża tal-assigurazzjoni tkun ġiet żvestita għandhom ikunu rregolati biss bil-liġi tal-Istat Membru fejn il-kawża hija pendenti.

Artikolu 293 Amministraturi u stralċarji
Artikolu 294 Reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku
Artikolu 295 Is-sigriet professjonali

Artikolu 295

Is-sigriet professjonali

Il-persuni kollha inkarigati milli jirċievu jew jagħtu tagħrif konness mal-proċeduri pprovduti fl-Artikoli 270, 273 u 296 għandhom ikunu marbuta bid dispożizzjonijeiet dwar is-sigriet professjonali kif inhu stabbilit fl-Artikoli 64 sa 69, bl-eċċezzjoni ta’ kull awtorità ġudizzjarja li għalihom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali.

Artikolu 296 It-trattament tal-fergħat ta’ impriżi tal-assigurazzjoni f’pajjiż terz

Artikolu 296

It-trattament tal-fergħat ta’ impriżi tal-assigurazzjoni f’pajjiż terz

Fejn impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terzikollha fergħat stabbiliti f’aktar minn Stat Membru wieħed, kull fergħa għandha tkun ittrattata indipendentement fir-rigward l-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu.

L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji ta’ dawk l-Istati Membri għandhom jippruvaw li jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom.

Kull amministratur jew stralċarju għandu wkoll jipprova li jikkoordina l-azzjonijiet tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.