|
+Artikolu 291 Protezzjoni ta’ xerrejja terzi |
Artikolu 291 Protezzjoni ta’ xerrejja terziArtikolu 291 Protezzjoni ta’ xerrejja terzi Il-liġi li ġejja tapplika fejn, b’att konkluż wara l-adozzjoni ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni jew il-bidu ta’ proċeduri ta’ stralċ, impriża tal-assigurazzjoni tiddisponi, għal konsiderazzjoni, minn kwalunkwe mis-segwenti:
(a)
fir-rigward ta’ attivi immobbli, il-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-propjetà immobbli;
(b)
fir-rigward ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru suġġetti għar-reġistrazzjoni f’reġistru pubbliku, il-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm ir-reġistru;
(ċ)
fir-rigward ta’ titoli trasferibbli jew titoli ta’ kreditu oħrajn, li l-eżistenza tagħhom jew trasferiment jippresupponi dħul f’reġistru jew kont ipprovdut mil-liġi jew li huma mqiegħda f’sistema ta’ depożitu ċentrali rregolata b’liġi ta’ Stat Membru, il-liġi tal-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jinżamm ir-reġistru, il-kont jew is-sistema. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|