|
+Artikolu 308b 9. |
Artikolu 308b 9.Minkejja l-Artikolu 94, l-entrati ta' fondi proprji bażiċi li għandhom jiġu inklużi f' fondi proprji bażiċi Grad 1 għal sa għaxar snin wara l-1 ta' Jannar 2016, kemm-il darba dawk l-entrati:
(a)
inħarġu qabel l-1 ta' Jannar 2016 jew qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 97, skont liema tiġi l-ewwel;
(b)
fil-31 ta' Diċembru 2015 jistgħu jintużaw biex jintlaħaq il-marġni ta' solvenza disponibbli sa 50 % tal-marġni ta' solvenza skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li huma adottati skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 73/239/KEE, l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2002/13/KE, l-Artikolu 27(3) tad-Direttiva 2002/83/KE u l-Artikolu 36(3) tad-Direttiva 2005/68/KE;
(c)
altrimenti ma jkunux ikklassifikati fil-Grad 1 jew fil-Grad 2 f'konformità mal-Artikolu 94; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|