+Artikolu 11 Attivitajiet u proċeduri transfruntieri
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.
---+Artikolu 11 10.
---+Artikolu 11 11.

Artikolu 11 Attivitajiet u proċeduri transfruntieri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Mingħajr preġudizzju għal-liġi soċjali u tax-xogħol dwar l-organizzazzjoni ta' skemi ta' pensjoni, inklużi sħubija obbligatorja u r-riżultati ta' ftehimiet ta' negozjar kollettiv, l-Istati Membri għandhom jippermettu lil IORP reġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom twettaq attività transfruntiera. L-Istati Membri għandhom ukoll jippermettu lil impriżi li jinsabu fit-territorji tagħhom jisponsorjaw IORPs li jipproponu li jwettqu, jew li jwettqu attività transfruntiera.
Artikolu 11 2.
IORP li tipproponi li twettaq attività transfruntiera u li taċċetta sponsorship minn impriża sponsor għandha tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru ta' domiċilju tagħha.
Artikolu 11 3.

IORP għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha li twettaq attività transfruntiera lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju. L-Istati Membri għandhom jeżiġu lill-IORPs jipprovdu l-informazzjoni li ġejja meta jissottomettu n-notifika:

(a) 

l-isem tal-Istat(i) Membru/Membri ospitanti, li għandu/għandhom, meta jkun applikabbli, jiġi/jiġu identifikat(i) mill-impriża sponsor;

(b) 

l-isem u l-post tal-amministrazzjoni ewlenija tal-impriża sponsor;

(c) 

il-karatteristiċi prinċipali tal-iskema ta' pensjoni li għandha tiġi operata għall-impriża sponsor.

Artikolu 11 4.
Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċiliju tiġi nnotifikata skont il-paragrafu 3, u sakemm ma tkunx ħarġet deċiżjoni motivata li l-istruttura amministrattiva jew is-sitwazzjoni finanzjarja tal-IORP jew ir-reputazzjoni tajba jew il-kwalifiki professjonali jew l-esperjenza tal-persuni li jmexxu l-IORP mhumiex kompatibbli mal-attività transfruntiera proposta, dik l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3, tikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti u tinforma lill-IORP kif xieraq.

Id-deċiżjoni motivata msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinħareġ fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 11 5.
Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju ma tikkomunikax l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, għandha tagħti r-raġunijiet għal dan lill-IORP kkonċernata fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi dik l-informazzjoni kollha. Dik in-nonkomunikazzjoni tal-informazzjoni għandha tkun soġġetta għal dritt ta' appell lill-qrati fl-Istat Membru ta' domiċilju.
Artikolu 11 6.
L-IORPs li jwettqu attività transfruntiera għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' informazzjoni msemmija fit-Titolu IV imposti mill-Istat Membru ospitanti fir-rigward tal-membri prospettivi, il-membri u l-benefiċjarji li dik l-attività transfruntiera tikkonċernahom.
Artikolu 11 7.
Qabel ma l-IORP tibda twettaq attività transfruntiera, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha, fi żmien sitt ġimgħat minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, bir-rekwiżiti tal-liġi soċjali u dik tax-xogħol rilevanti għall-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali li taħthom l-iskema ta' pensjoni sponsorjata mill-impriża fl-Istat Membru ospitanti trid tkun operata u bir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Istat Membru ospitanti msemmija fit-Titolu IV li għandhom japplikaw għall-attività transfruntiera. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-IORP.
Artikolu 11 8.
Malli tirċievi l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 7, jew jekk ma tirċievi ebda komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju malli jiskadi l-perjodu previst fil-paragrafu 7, l-IORP tista' tibda twettaq attività transfruntiera skont ir-rekwiżiti tal-Istat Membru ospitanti tal-liġi soċjali u dik tax-xogħol rilevanti għall-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali u skont ir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Istat Membru ospitanti kif imsemmija fil-paragrafu 7.
Artikolu 11 9.
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju b'kull bidla sinifikanti fir-rekwiżiti tal-liġi soċjali u tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti fil-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali li tista' taffettwa l-karatteristiċi tal-iskema ta' pensjoni sakemm tikkonċerna l-attività transfruntiera, u b'kull bidla sinifikanti fir-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Istat Membru ospitanti kif imsemmija fil-paragrafu 7. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tikkomunika dik l-informazzjoni lill-IORP.
Artikolu 11 10.
L-IORP għandha tkun soġġetta għal superviżjoni kontinwa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward tal-konformità tal-attivitajiet tagħha mar-rekwiżiti tal-liġi soċjali u tax-xogħol tal-Istat Membru ospitanti rilevanti għall-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali u mar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Istat Membri ospitanti kif imsemmija fil-paragrafu 7. Jekk din is-superviżjoni tikxef xi irregolaritajiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju immedjatament. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha, b'koordinazzjoni mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-IORP twaqqaf il-ksur mikxuf.
Artikolu 11 11.
Jekk, minkejja l-miżuri meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, jew minħabba li miżuri xierqa jkunu nieqsa fl-Istat Membru ta' domiċilju, l-IORP tippersisti fil-ksur tad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-rekwiżiti tal-Istat Membru ospitanti tal-liġi soċjali u tax-xogħol rilevanti għall-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali, jew tar-rekwiżiti ta' informazzjoni tal-Istat Membru ospitanti kif imsemmija fil-paragrafu 7, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti tista', wara li tinforma lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju, tieħu miżuri xierqa biex tipprevjeni jew tippenalizza aktar irregolaritajiet, inkluż, sal-limitu li huwa strettament meħtieġ, biex tipprevjeni lill-IORP milli topera fl-Istat Membru ospitanti għall-impriża sponsor.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.