|
+Artikolu 16 3. |
Artikolu 16 3.L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-marġini ta' solvibbiltà disponibbli jista' jinkludi wkoll:
(a)
kapital azzjonarju preferenzjali kumulattiv u kapital subordinat ta' self sa 50 % tal-iżgħar bejn il-marġini ta' solvibbiltà disponibbli u l-marġini ta' solvibbiltà meħtieġ, li mhux aktar minn 25 % minnu għandu jikkonsisti f'self subordinat b'maturazzjoni fissa, jew kapital azzjonarju preferenzjali kumulattiv b'terminu fiss, dment li jkunu jeżistu ftehimiet vinkolanti li skont it-termini tagħhom, fil-każ ta' falliment jew likwidazzjoni tal-IORP, il-kapital subordinat ta' self jew il-kapital azzjonarju preferenzjali jiġu kklassifikati wara l-pretensjonijiet tal-kredituri l-oħra kollha u ma jkollux jiġi ripagat sa ma d-djun l-oħra kollha li jkunu għadhom pendenti f'dak iż-żmien ma jkunux ġew saldati;
(b)
titoli mingħajr ebda data ta' maturazzjoni speċifikata u strumenti oħrajn, inklużi l-ishma preferenzjali kumulattivi għajr dawk imsemmijin fil-punt (a), sa massimu ta' 50 % tal-marġini ta' solvibbiltà disponibbli, jew il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għat-total ta' tali titoli, skont liema huwa l-anqas, u l-kapital subordinat ta' self imsemmi fil-punt (a), sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet segwenti:
(i)
ma jistgħux jiġu ripagati fuq l-inizjattiva tad-detentur jew mingħajr il-kunsens bil-quddiem tal-awtorità kompetenti;
(ii)
il-kuntratt tal-ħruġ irid jippermetti lill-IORP tiddiferixxi l-pagament tal-imgħax fuq is-self;
(iii)
il-pretensjonijiet tal-mutwant fuq l-IORP iridu jiġu kklassifikati għalkollox wara dawk tal-kredituri mhux subordinati;
(iv)
id-dokumenti li jirregolaw il-ħruġ tat-titoli jridu jiddisponu għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dejn u l-imgħax mhux imħallas, filwaqt li jippermettu lill-IORP tissokta bin-negozju tagħha; u
(v)
irid jittieħed kont biss tal-ammonti li jkunu kompletament imħallsin. Għall-finijiet tal-punt (a), il-kapital subordinat ta' self għandu wkoll jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
għandu jittieħed kont biss tal-fondi li jkunu kompletament imħallsin;
(ii)
għal self b'maturazzjoni fissa, il-maturazzjoni oriġinalia għandha tkun ta' mill-anqas ħames snin. Mhux aktar tard minn sena qabel id-data tar-ripagament, l-IORP għandha tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti, għall-approvazzjoni tagħhom, pjan li juri kif il-marġini ta' solvibbiltà disponibbli se jinżamm fil-livell rikjest fil-maturazzjoni, jew se jinġieb għall-istess livell, sakemm il-grad li fih is-self jiġi kklassifikat bħala komponent tal-marġini ta' solvibbiltà disponibbli jitnaqqas gradwalment matul mill-anqas l-ewwel ħames snin qabel id-data tar-ripagament. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-ripagament kmieni ta' tali self sakemm l-applikazzjoni ssir mill-IORP emittenti u l-marġini ta' solvibbiltà disponibbli tagħha ma jaqax taħt il-livell rikjest;
(iii)
is-self li l-maturazzjoni tiegħu mhijiex iffissata għandu jkun ripagabbli biss jekk ikun hemm preavviż ta' ħames snin sakemm is-self ma jkunx għadu kkunsidrat komponent tal-marġini ta' solvibbiltà disponibbli jew sakemm il-kunsens minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti ma jkunx rikjest speċifikament għal ripagament kmieni. Fil-każ tal-aħħar, l-IORP għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti mill-anqas sitt xhur qabel id-data tar-ripagament propost, waqt li tispeċifika l-marġini ta' solvibbiltà disponibbli u l-marġini ta' solvibbiltà rikjest kemm qabel kif ukoll wara r-ripagament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw ir-ripagament biss fejn il-marġini ta' solvenza disponibbli tal-IORPS ma jkunx se jaqa' taħt il-livell rikjest;
(iv)
il-ftehim dwar is-self ma għandu jkun fih ebda klawsola li tiddisponi illi f'ċirkostanzi speċifikati, għajr l-istralċ tal-IORP, id-dejn isir ripagabbli qabel id-dati tar-ripagament miftiehma; u
(v)
il-ftehim dwar is-self jista' jkun emendat biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw illi ma għandhom l-ebda objezzjoni għall-emenda. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|