+Artikolu 16 Marġini ta' solvibbiltà disponibbli
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.

Artikolu 16 Marġini ta' solvibbiltà disponibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu minn kull IORP imsemmija fl-Artikolu 15(1) li hija reġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom, li tagħti marġini ta' solvibbiltà disponibbli adegwat għal dak li għandu x'jaqsam man-negozju kollu tagħha f'kull ħin, liema marġini għandu jkun mill-anqas daqs ir-rekwiżiti f'din id-Direttiva sabiex tiġi garantita s-sostenibbiltà fit-tul tal-provvista ta' rtirar okkupazzjonali.
Artikolu 16 2.

Il-marġini ta' solvibbiltà disponibbli għandu jikkonsisti fl-assi ta' IORP li jkunu liberi minn kull obbligazzjoni prevedibbli, li minnhom jitneħħa dak li hu intanġibbli, inklużi:

(a) 

il-kapital azzjonarju mħallas jew, fil-każ ta' IORP li tieħu l-forma ta' impriża mutwa, il-fond inizjali effettiv flimkien mal-kontijiet kollha tal-membri tal-impriża mutwa li jissodisfaw il-kriterji segwenti:

(i) 

il-memorandum u statut ta' assoċjazzjoni għandhom jistipulaw li l-pagamenti jkunu jistgħu jsiru minn dawk il-kontijiet lill-membri tal-impriża mutwa biss jekk kemm-il darba dan ma jikkawżax li l-marġini tas-solvibbiltà disponibbli jaqa' taħt il-livell rikjest, jew, wara x-xoljiment tal-impriża, fejn id-djun l-oħrajn kollha tal-impriża jkunu ġew saldati;

(ii) 

il-memorandum u l-istatut ta' assoċjazzjoni għandhom jistipulaw fir-rigward ta' kwalunkwe pagamenti msemmijin fil-punt (i) għal raġunijiet oħra għajr it-terminazzjoni individwali tas-sħubija fl-impriża mutwa, li jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu nnotifikati mill-anqas xahar bil-quddiem u jistgħu jipprojbixxu l-pagament f'dak il-perjodu; u

(iii) 

id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-memorandum u tal-istatut ta' assoċjazzjoni jistgħu jkunu emendati biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw illi ma għandhom l-ebda objezzjoni għall-emenda, mingħajr preġudizzju għall-kriterji msemmijin fil-punti (i) u (ii);

(b) 

riżervi (statutorji u liberi) li ma jkunux jikkorrispondu għall-obbligazzjonijiet ta' sottoskrizzjoni;

(c) 

il-profitt jew it-telf miġjubin 'il quddiem wara t-tnaqqis tad-dividendi pagabbli; u

(d) 

sa fejn hemm l-awtorizzazzjoni skont il-liġi nazzjonali, ir-riżervi tal-profitt li jidhru fil-karta tal-bilanċ fejn jistgħu jintużaw biex ikopru xi telf li jista' jirriżulta u fejn ma kinux disponibbli għad-distribuzzjoni lill-membri u l-benefiċjarji.

Il-marġini ta' solvibbiltà disponibbli għandu jitnaqqas bl-ammont tal-azzjonijiet proprji li jkunu miżmumin direttament mill-IORP.

Artikolu 16 3.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-marġini ta' solvibbiltà disponibbli jista' jinkludi wkoll:

(a) 

kapital azzjonarju preferenzjali kumulattiv u kapital subordinat ta' self sa 50 % tal-iżgħar bejn il-marġini ta' solvibbiltà disponibbli u l-marġini ta' solvibbiltà meħtieġ, li mhux aktar minn 25 % minnu għandu jikkonsisti f'self subordinat b'maturazzjoni fissa, jew kapital azzjonarju preferenzjali kumulattiv b'terminu fiss, dment li jkunu jeżistu ftehimiet vinkolanti li skont it-termini tagħhom, fil-każ ta' falliment jew likwidazzjoni tal-IORP, il-kapital subordinat ta' self jew il-kapital azzjonarju preferenzjali jiġu kklassifikati wara l-pretensjonijiet tal-kredituri l-oħra kollha u ma jkollux jiġi ripagat sa ma d-djun l-oħra kollha li jkunu għadhom pendenti f'dak iż-żmien ma jkunux ġew saldati;

(b) 

titoli mingħajr ebda data ta' maturazzjoni speċifikata u strumenti oħrajn, inklużi l-ishma preferenzjali kumulattivi għajr dawk imsemmijin fil-punt (a), sa massimu ta' 50 % tal-marġini ta' solvibbiltà disponibbli, jew il-marġini ta' solvibbiltà rikjest għat-total ta' tali titoli, skont liema huwa l-anqas, u l-kapital subordinat ta' self imsemmi fil-punt (a), sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet segwenti:

(i) 

ma jistgħux jiġu ripagati fuq l-inizjattiva tad-detentur jew mingħajr il-kunsens bil-quddiem tal-awtorità kompetenti;

(ii) 

il-kuntratt tal-ħruġ irid jippermetti lill-IORP tiddiferixxi l-pagament tal-imgħax fuq is-self;

(iii) 

il-pretensjonijiet tal-mutwant fuq l-IORP iridu jiġu kklassifikati għalkollox wara dawk tal-kredituri mhux subordinati;

(iv) 

id-dokumenti li jirregolaw il-ħruġ tat-titoli jridu jiddisponu għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dejn u l-imgħax mhux imħallas, filwaqt li jippermettu lill-IORP tissokta bin-negozju tagħha; u

(v) 

irid jittieħed kont biss tal-ammonti li jkunu kompletament imħallsin.

Għall-finijiet tal-punt (a), il-kapital subordinat ta' self għandu wkoll jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

għandu jittieħed kont biss tal-fondi li jkunu kompletament imħallsin;

(ii) 

għal self b'maturazzjoni fissa, il-maturazzjoni oriġinalia għandha tkun ta' mill-anqas ħames snin. Mhux aktar tard minn sena qabel id-data tar-ripagament, l-IORP għandha tissottometti lill-awtoritajiet kompetenti, għall-approvazzjoni tagħhom, pjan li juri kif il-marġini ta' solvibbiltà disponibbli se jinżamm fil-livell rikjest fil-maturazzjoni, jew se jinġieb għall-istess livell, sakemm il-grad li fih is-self jiġi kklassifikat bħala komponent tal-marġini ta' solvibbiltà disponibbli jitnaqqas gradwalment matul mill-anqas l-ewwel ħames snin qabel id-data tar-ripagament. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-ripagament kmieni ta' tali self sakemm l-applikazzjoni ssir mill-IORP emittenti u l-marġini ta' solvibbiltà disponibbli tagħha ma jaqax taħt il-livell rikjest;

(iii) 

is-self li l-maturazzjoni tiegħu mhijiex iffissata għandu jkun ripagabbli biss jekk ikun hemm preavviż ta' ħames snin sakemm is-self ma jkunx għadu kkunsidrat komponent tal-marġini ta' solvibbiltà disponibbli jew sakemm il-kunsens minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti ma jkunx rikjest speċifikament għal ripagament kmieni. Fil-każ tal-aħħar, l-IORP għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti mill-anqas sitt xhur qabel id-data tar-ripagament propost, waqt li tispeċifika l-marġini ta' solvibbiltà disponibbli u l-marġini ta' solvibbiltà rikjest kemm qabel kif ukoll wara r-ripagament. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jawtorizzaw ir-ripagament biss fejn il-marġini ta' solvenza disponibbli tal-IORPS ma jkunx se jaqa' taħt il-livell rikjest;

(iv) 

il-ftehim dwar is-self ma għandu jkun fih ebda klawsola li tiddisponi illi f'ċirkostanzi speċifikati, għajr l-istralċ tal-IORP, id-dejn isir ripagabbli qabel id-dati tar-ripagament miftiehma; u

(v) 

il-ftehim dwar is-self jista' jkun emendat biss wara li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddikjaraw illi ma għandhom l-ebda objezzjoni għall-emenda.

Artikolu 16 4.

Meta ssir applikazzjoni, bil-provi korroboranti, mill-IORP lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u bil-qbil tal-awtorità kompetenti, il-marġini ta' solvibbiltà disponibbli jista' jinkludi wkoll:

(a) 

fejn ma tiġix ipprattikata z-Zillmerizzazzjoni jew fejn, jekk inhi pprattikata, hija anqas mill-ponderazzjoni għall-ispejjeż tal-akkwist inklużi fil-primjum, id-differenza bejn il-provvediment matematiku mhux Zilmerizzat jew parzjalment Zillmerizzat u l-provvediment matematiku Zillmerizzat b'rata daqs il-ponderazzjoni għall-ispejjeż tal-akkwist inklużi fil-primjum;

(b) 

kull riżerva moħbija netta li toħroġ mill-valwazzjoni tal-assi, sakemm tali riżervi netti moħbija ma jkunux ta' natura eċċezzjonali;

(c) 

nofs il-kapital azzjonarju mhux imħallas jew il-fond inizjali, ladarba l-parti mħallsa tammonta għal 25 % ta' dak il-kapital azzjonarju jew fond, sa massimu ta' 50 % tal-iżgħar fost il-marġini ta' solvibbiltà disponibbli jew dak rikjest.

Iċ-ċifra msemmija fil-punt (a) ma tistax teċċedi t-3,5 % tas-somma tad-differenzi bejn is-somom kapitali rilevanti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u l-attivitajiet ta' provvista ta' rtirar okkupazzjonali u l-provvedimenti matematiċi tal-poloz kollha li għalihom iz-Zillmerizzazzjoni hija possibbli. Id-differenza għandha titnaqqas bl-ammont tal-ispejjeż tal-akkwist mhux deprezzati mdaħħla bħala assi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.