+Artikolu 18 3.

Artikolu 18 3.

Il-bażi tal-primjum għandha tkun ikkalkolata bl-użu tal-akbar bejn il-primjums assigurati grossi jew il-kontribuzzjonijiet ikkalkolati kif jingħad aktar 'l isfel, u l-primjums jew kontribuzzjonijiet grossi maqlugħin.

Il-primjums jew il-kontribuzzjonijiet (li jkunu jinkludu wkoll il-ħlasijiet anċillari għall-primjums jew kontribuzzjonijiet) dovuti għan-negozju dirett fis-sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu aggregati.

Ma' din is-somma għandu jiżdied l-ammont ta' primjums aċċettati għar-riassigurazzjonijiet kollha fis-sena finanzjarja preċedenti.

Minn dik is-somma għandu mbagħad jitnaqqas l-ammont totali tal-primjums jew kontribuzzjonijiet ikkanċellati fis-sena finanzjarja preċedenti, kif ukoll l-ammont totali ta' taxxi u sisi marbutin mal-premjums jew kontribuzzjonijiet li jidħlu fl-aggregat.

L-ammont hekk miksub għandu jinqasam f'żewġ porzjonijiet, l-ewwel porzjon jestendi sa EUR 50 000 000 , it-tieni jikkonsisti fl-eċċess; 18 % tal-ewwel porzjon u 16 % tat-tieni porzjon rispettivament għandhom jiġu magħduda flimkien.

Is-somma hekk miksuba għandha tiġi mmultiplikata bil-proporzjon eżistenti fir-rigward tas-somma tat-tliet snin finanzjarji preċedenti bejn l-ammont tal-klejms li jkun fadal x'jitħallsu mill-IORP wara t-tnaqqis tal-ammonti rekuperabbli bir-riassigurazzjoni u l-ammont gross tal-klejms. Dak il-proporzjon ma jista' fl-ebda każ ikun anqas minn 50 %.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.