Filwaqt li jqisu d-daqs, in-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORPs taħt superviżjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-adegwatezza tal-proċessi ta' valutazzjoni tal-kreditu tal-IORPs, jivvalutaw l-użu ta' referenzi għall-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-aġenziji li jikklassifikaw il-kreditu kif definiti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
), fil-politiki ta' investiment tagħhom u, fejn ikun xieraq, jinkoraġġixxu l-mitigazzjoni tal-impatt ta' referenzi bħal dawn, bil-ħsieb li titnaqqas id-dipendenza esklużiva u mekkanistika fuq tali klassifikazzjonijiet tal-kreditu.