+Taqsima 3 Dokumenti li jirrigwardaw il-governanza
---+Artikolu 28 Valutazzjoni tar-riskju proprju
------+Artikolu 28 1.
------+Artikolu 28 2.
------+Artikolu 28 3.
------+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 29 Kontijiet annwali u rapporti annwali
---+Artikolu 30 Dikjarazzjoni tal-prinċipji tal-politika ta' investiment

Taqsima 3 Dokumenti li jirrigwardaw il-governanza

Taqsima 3 Dokumenti li jirrigwardaw il-governanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 Valutazzjoni tar-riskju proprju
Artikolu 29 Kontijiet annwali u rapporti annwali

Artikolu 29

Kontijiet annwali u rapporti annwali

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li kull IORP reġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom tħejji u tiddivulga pubblikament kontijiet annwali u rapporti annwali li jqisu kull skema ta' pensjoni operata mill-IORP u, fejn japplika, il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali għal kull skema ta' pensjoni. Il-kontijiet annwali u r-rapporti annwali għandhom jagħtu stampa reali u ġusta tal-assi, tal-obbligazzjonijiet u tal-pożizzjoni finanzjarja tal-IORP u jinkludu d-divulgazzjoni ta' impriżi ta' investiment sinifikanti. Il-kontijiet annwali u l-informazzjoni fir-rapporti għandhom ikunu konsistenti, komprensivi, ippreżentati b'mod ġust u debitament approvati minn persuni awtorizzati, f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 30 Dikjarazzjoni tal-prinċipji tal-politika ta' investiment

Artikolu 30

Dikjarazzjoni tal-prinċipji tal-politika ta' investiment

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull IORP reġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom tipprepara u, tal-anqas darba kull tliet snin, teżamina mill-ġdid dikjarazzjoni bil-miktub tal-prinċipji tal-politika ta' investiment. Din id-dikjarazzjoni għandha tkun riveduta mingħajr dewmien wara kull bidla sinifikanti fil-politika ta' investiment. L-Istati Membri għandhom jipprevedu li din id-dikjarazzjoni jkun fiha, tal-anqas, kwistjonijiet bħalma huma l-metodi tal-kejl tar-riskju ta' investiment, il-proċessi implimentati tal-immaniġġjar tar-riskji u l-allokazzjoni strateġika tal-assi fir-rigward tan-natura u t-tul ta' żmien tal-obbligazzjonijiet tal-pensjoni u kif il-politika ta' investiment tqis fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza. Id-dikjarazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.