+Artikolu 28 Valutazzjoni tar-riskju proprju
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
|
Artikolu 28 Valutazzjoni tar-riskju proprju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs, b'mod li jkun proporzjonat għad-daqs u l-organizzazzjoni interna tagħhom, kif ukoll id-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, iwettqu u jiddokumentaw il-valutazzjoni tar-riskju tagħhom stess. Dik il-valutazzjoni tar-riskju għandha sseħħ tal-anqas kull tliet snin jew mingħajr dewmien wara li ssir kwalunkwe bidla sinifikanti fil-profil tar-riskju tal-IORP jew tal-iskemi ta' pensjoni operati mill-IORP. Meta jkun hemm bidla sinifikanti fil-profil tar-riskju ta' skema ta' pensjoni speċifika, il-valutazzjoni tar-riskju tista' tkun limitata għal dik l-iskema ta' pensjoni.
|
|
Artikolu 28 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1, wara li tikkunsidra d-daqs u l-organizzazzjoni interna tal-IORP, kif ukoll id-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORP, tinkludi dan li ġej:
(a)
deskrizzjoni ta' kif il-valutazzjoni tar-riskju proprju hi integrata fil-proċess ta' mmaniġġjar u fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-IORP;
(b)
valutazzjoni tal-effikaċja tas-sistema tal-immaniġġjar tar-riskji;
(c)
deskrizzjoni ta' kif l-IORP tipprevjeni kunflitti ta' interess mal-impriża sponsor, fejn l-IORP testernalizza funzjonijiet ewlenin lill-impriża sponsor f'konformità mal-Artikolu 24(3);
(d)
valutazzjoni tal-ħtiġijiet kumplessivi ta' finanzjament tal-IORP, inkluża deskrizzjoni tal-pjan ta' rkupru, fejn applikabbli;
(e)
valutazzjoni dwar ir-riskji għall-membri u l-benefiċjarji dwar il-ħlas tal-benefiċċji ta' rtirar tagħhom u l-effikaċja ta' kwalunkwe azzjoni ta' rimedju li tqis, fejn applikabbli:
(i)
mekkaniżmi ta' indiċizzar;
(ii)
mekkaniżmi li jnaqqsu l-benefiċċji, inkluż il-limiti sa fejn il-benefiċċji ta' pensjoni dovuti jistgħu jitnaqqsu, u taħt liema kundizzjonijiet u minn min;
(f)
valutazzjoni kwalitattiva tal-mekkaniżmi li jipproteġu l-benefiċċji tal-irtirar, inklużi, kif applikabbli, garanziji, ftehimiet jew kwalunkwe tip ieħor ta' appoġġ finanzjarju mill-impriża sponsor, minn impriża tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni koperti mid-Direttiva 2009/138/KE jew kopertura minn skema ta' protezzjoni tal-pensjoni, favur l-IORP jew il-membri u l-benefiċjarji;
(g)
valutazzjoni kwalitattiva tar-riskji operattivi;
(h)
fejn fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza huma kkunsidrati f'deċiżjonijiet ta' investiment, valutazzjoni tar-riskji ġodda jew emerġenti, inklużi riskji relatati mat-tibdil fil-klima, l-użu tar-riżorsi u l-ambjent, riskji soċjali u riskji relatati mad-deprezzament tal-assi kkawżat minn tibdil regolatorju.
|
|
Artikolu 28 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-IORPs għandhom jadottaw metodi biex jidentifikaw u jivvalutaw ir-riskji li huma jew li jistgħu jkunu esposti għalihom fuq terminu qasir u fuq terminu twil u li jista' jkollhom impatt fuq il-kapaċità tal-IORP li tissodisfa l-obbligi tagħha. Dawn il-metodi għandhom ikunu proporzjonati għad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tar-riskji inerenti għall-attivitajiet tagħhom. Il-metodi għandhom jiġu deskritti fil-valutazzjoni tar-riskju proprju.
|
|
Artikolu 28 4.
|
Il-valutazzjoni tar-riskju proprju għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet strateġiċi tal-IORP.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|