|
+Artikolu 36 2. |
Artikolu 36 2.L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
(a)
tiġi aġġornata fuq bażi regolari;
(b)
tinkiteb b'mod ċar, billi jintuża lingwaġġ ċar, konċiż u li jinftiehem u billi jiġi evitat l-użu ta' termini tekniċi fejn minflokhom jista' jintuża kliem ordinarju ta' kuljum;
(c)
ma tiżvijax lil dak li jkun, u għandha tinżamm konsistenza fil-vokabularju u fil-kontenut tagħha;
(d)
tiġi ppreżentata b'tali mod li tkun faċli biex tinqara;
(e)
tkun disponibbli b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li l-liġi soċjali u tax-xogħol tiegħu rilevanti għall-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali tkun applikabbli għall-iskema ta' pensjoni kkonċernata; u
(f)
ssir disponibbli għall-membri prospettivi, il-membri u l-benefiċjarji mingħajr ħlas permezz ta' mezzi elettroniċi, inkluż mezz dewwiemi jew sit elettroniku, jew f'forma stampata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|