+Artikolu 36 Prinċipji
---+Artikolu 36 1.
---+Artikolu 36 2.
---+Artikolu 36 3.
|
Artikolu 36 Prinċipji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1.
|
B'kunsiderazzjoni tan-natura tal-iskema ta' pensjoni stabbilita, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull IORP irreġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom tipprovdi:
(a)
lill-membri prospettivi: tal-anqas l-informazzjoni stipulata fl-Artikolu 41;
(b)
lill-membri: tal-anqas l-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 37 sa 40, 42 u 44; u
(c)
lill-benefiċjarji: tal-anqas l-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 37, 43 u 44.
|
|
Artikolu 36 2.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha:
(a)
tiġi aġġornata fuq bażi regolari;
(b)
tinkiteb b'mod ċar, billi jintuża lingwaġġ ċar, konċiż u li jinftiehem u billi jiġi evitat l-użu ta' termini tekniċi fejn minflokhom jista' jintuża kliem ordinarju ta' kuljum;
(c)
ma tiżvijax lil dak li jkun, u għandha tinżamm konsistenza fil-vokabularju u fil-kontenut tagħha;
(d)
tiġi ppreżentata b'tali mod li tkun faċli biex tinqara;
(e)
tkun disponibbli b'lingwa uffiċjali tal-Istat Membru li l-liġi soċjali u tax-xogħol tiegħu rilevanti għall-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali tkun applikabbli għall-iskema ta' pensjoni kkonċernata; u
(f)
ssir disponibbli għall-membri prospettivi, il-membri u l-benefiċjarji mingħajr ħlas permezz ta' mezzi elettroniċi, inkluż mezz dewwiemi jew sit elettroniku, jew f'forma stampata.
|
|
Artikolu 36 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jadottaw jew iżommu dispożizzjonijiet ulterjuri dwar l-informazzjoni li għandha tingħata lill-membri prospettivi, lill-membri u lill-benefiċjarji.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|