+Artikolu 37 Informazzjoni ġenerali dwar l-iskema ta' pensjoni
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.
---+Artikolu 37 4.
|
Artikolu 37 Informazzjoni ġenerali dwar l-iskema ta' pensjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 37 1.
|
L-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' kull IORP irreġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom, jiżguraw li l-membri u l-benefiċjarji jkunu suffiċjentement infurmati dwar l-iskema ta' pensjoni rispettiva operata mill-IORP, b'mod partikolari dwar:
(a)
l-isem tal-IORP, l-Istat Membru fejn l-IORP hija rreġistrata jew awtorizzata u l-isem tal-awtorità kompetenti tiegħu;
(b)
id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet involuti fl-iskema ta' pensjoni;
(c)
l-informazzjoni dwar il-profil tal-investiment;
(d)
in-natura tar-riskji finanzjarji mġarrba mill-membri u l-benefiċjarji;
(e)
il-kundizzjonijiet dwar il-garanziji sħaħ jew parzjali taħt l-iskema ta' pensjoni jew ta' livell speċifikat ta' benefiċċji jew, fejn l-ebda garanzija ma tiġi pprovduta taħt l-iskema ta' pensjoni, dikjarazzjoni f'dan is-sens;
(f)
il-mekkaniżmi li jipproteġu l-intitolamenti dovuti jew il-mekkaniżmi li jnaqqsu l-benefiċċji, jekk ikun hemm;
(g)
fejn il-membri jġorru r-riskju ta' investiment jew jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-passat ta' investimenti relatati mal-iskema ta' pensjoni għal mhux inqas minn ħames snin, jew għas-snin kollha li l-iskema tkun ilha topera meta t-tul ta' żmien ikun inqas minn ħames snin;
(h)
l-istruttura tal-ispejjeż imġarrba mill-membri u l-benefiċjarji, għall-iskemi li ma jipprevedux livell partikolari ta' benefiċċji;
(i)
l-għażliet disponibbli għall-membri u l-benefiċjarji biex jirċievu l-benefiċċji tal-irtirar tagħhom;
(j)
fil-każ li membru jkollu d-dritt li jittrasferixxi d-drittijiet tal-pensjoni, informazzjoni ulterjuri dwar l-arranġamenti rigward tali trasferiment.
|
|
Artikolu 37 2.
|
Fir-rigward tal-iskemi li fihom il-membri jġorru riskju ta' investiment u li jipprevedu aktar minn opzjoni waħda bi profili tal-investiment differenti, il-membri għandhom jiġu informati bil-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-firxa ta' opzjonijiet ta' investiment disponibbli, u fejn ikun applikabbli, l-opzjoni ta' investiment awtomatika u, r-regola tal-iskema ta' pensjoni li membru partikolari jiġi allokat għal opzjoni ta' investiment.
|
|
Artikolu 37 3.
|
Il-membri u l-benefiċjarji jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jirċievu fi żmien raġonevoli, kull informazzjoni rilevanti fir-rigward ta' bidliet għar-regoli tal-iskema ta' pensjoni. Barra minn hekk, l-IORPs għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom spjegazzjoni tal-impatt fuq il-membri u l-benefiċjarji tal-bidliet sinifikanti għall-provvedimenti tekniċi.
|
|
Artikolu 37 4.
|
L-IORPs għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni ġenerali dwar l-iskema ta' pensjoni stipulata f'dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|