|
+Artikolu 37 1. |
Artikolu 37 1.L-Istati Membri għandhom, fir-rigward ta' kull IORP irreġistrata jew awtorizzata fit-territorji tagħhom, jiżguraw li l-membri u l-benefiċjarji jkunu suffiċjentement infurmati dwar l-iskema ta' pensjoni rispettiva operata mill-IORP, b'mod partikolari dwar:
(a)
l-isem tal-IORP, l-Istat Membru fejn l-IORP hija rreġistrata jew awtorizzata u l-isem tal-awtorità kompetenti tiegħu;
(b)
id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet involuti fl-iskema ta' pensjoni;
(c)
l-informazzjoni dwar il-profil tal-investiment;
(d)
in-natura tar-riskji finanzjarji mġarrba mill-membri u l-benefiċjarji;
(e)
il-kundizzjonijiet dwar il-garanziji sħaħ jew parzjali taħt l-iskema ta' pensjoni jew ta' livell speċifikat ta' benefiċċji jew, fejn l-ebda garanzija ma tiġi pprovduta taħt l-iskema ta' pensjoni, dikjarazzjoni f'dan is-sens;
(f)
il-mekkaniżmi li jipproteġu l-intitolamenti dovuti jew il-mekkaniżmi li jnaqqsu l-benefiċċji, jekk ikun hemm;
(g)
fejn il-membri jġorru r-riskju ta' investiment jew jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-passat ta' investimenti relatati mal-iskema ta' pensjoni għal mhux inqas minn ħames snin, jew għas-snin kollha li l-iskema tkun ilha topera meta t-tul ta' żmien ikun inqas minn ħames snin;
(h)
l-istruttura tal-ispejjeż imġarrba mill-membri u l-benefiċjarji, għall-iskemi li ma jipprevedux livell partikolari ta' benefiċċji;
(i)
l-għażliet disponibbli għall-membri u l-benefiċjarji biex jirċievu l-benefiċċji tal-irtirar tagħhom;
(j)
fil-każ li membru jkollu d-dritt li jittrasferixxi d-drittijiet tal-pensjoni, informazzjoni ulterjuri dwar l-arranġamenti rigward tali trasferiment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|