+Artikolu 38 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.

Artikolu 38 Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 38 1.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-IORPs ifasslu dokument konċiż li jkun fih l-informazzjoni ewlenija għal kull membru b'kunsiderazzjoni tan-natura speċifika tas-sistemi nazzjonali ta' pensjoni u l-liġi soċjali, tax-xogħol u fiskali nazzjonali rilevanti (“Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni”). It-titolu tad-dokument għandu jkun fih il-kliem “Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni”.
Artikolu 38 2.
Id-data eżatta li għaliha tirreferi l-informazzjoni mniżżla fir-Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni għandha tiġi ddikjarata b'mod prominenti.
Artikolu 38 3.
L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-informazzjoni inkluża fir-Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni tkun preċiża, aġġornata u titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' kull membru mingħajr ħlas permezz ta' mezzi elettroniċi, inkluż mezz dewwiemi jew sit elettroniku, jew f'forma stampata, għall-anqas darba fis-sena. Kopja stampata għandha tiġi pprovduta lill-membri, fuq talba, flimkien ma' kwalunkwe informazzjoni permezz ta' mezzi elettroniċi.
Artikolu 38 4.
Kwalunkwe bidla materjali fl-informazzjoni inkluża fir-Rapport tal-Benefiċċji tal-Pensjoni meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti, għandha tiġi indikata b'mod ċar.
Artikolu 38 5.
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli biex jiddeterminaw is-suppożizzjonijiet tal-previżjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 39(1). Dawk ir-regoli għandhom jiġu applikati mill-IORPs sabiex jiddeterminaw, fejn relevanti, ir-rata annwali tar-redditi nominali tal-investiment, ir-rata annwali tal-inflazzjoni u x-xejra tas-salarji futuri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.