+Artikolu 49 Proċess ta' rieżami superviżorju
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.

Artikolu 49 Proċess ta' rieżami superviżorju

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jirrieżaminaw l-istrateġiji, il-proċessi u l-proċeduri ta' rappurtar li jkunu stabbiliti mill-IORPs biex jikkonformaw mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva, b'kunsiderazzjoni tad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORP.

Dak ir-rieżami għandu jikkunsidra ċ-ċirkostanzi li fihom l-IORPs ikunu qed joperaw u, fejn rilevanti, il-partijiet li jwettqu l-funzjonijiet ewlenin esternalizzati jew attivitajiet oħrajn għalihom. Ir-rieżami għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a) 

valutazzjoni tar-rekwiżiti kwalitattivi li jirrigwardaw is-sistema ta' governanza;

(b) 

valutazzjoni tar-riskji li tħabbat wiċċha magħhom l-IORP;

(c) 

valutazzjoni tal-kapaċità tal-IORP li tivvaluta u timmaniġġja dawn ir-riskji.

Artikolu 49 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom l-għodod ta' monitoraġġ, inklużi t-testijiet tal-istress, li jippermettulhom jidentifikaw id-deterjorament tal-kundizzjonijiet finanzjarji f'IORP u jimmonitorjaw kif jiġi rimedjat tali deterjorament.
Artikolu 49 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jeżiġu li l-IORPs jirrimedjaw id-dgħufijiet u n-nuqqasijiet identifikati fil-proċess ta' rieżami superviżorju.
Artikolu 49 4.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-frekwenza minima u l-kamp ta' applikazzjoni tar-rieżami stipulat fil-paragrafu 1 filwaqt li jikkunsidraw id-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORP ikkonċernata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.