|
+Artikolu 49 1. |
Artikolu 49 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa biex jirrieżaminaw l-istrateġiji, il-proċessi u l-proċeduri ta' rappurtar li jkunu stabbiliti mill-IORPs biex jikkonformaw mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati skont din id-Direttiva, b'kunsiderazzjoni tad-daqs, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-IORP. Dak ir-rieżami għandu jikkunsidra ċ-ċirkostanzi li fihom l-IORPs ikunu qed joperaw u, fejn rilevanti, il-partijiet li jwettqu l-funzjonijiet ewlenin esternalizzati jew attivitajiet oħrajn għalihom. Ir-rieżami għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a)
valutazzjoni tar-rekwiżiti kwalitattivi li jirrigwardaw is-sistema ta' governanza;
(b)
valutazzjoni tar-riskji li tħabbat wiċċha magħhom l-IORP;
(c)
valutazzjoni tal-kapaċità tal-IORP li tivvaluta u timmaniġġja dawn ir-riskji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|