+Artikolu 51 Trasparenza u responsabbiltà
---+Artikolu 51 1.
---+Artikolu 51 2.
---+Artikolu 51 3.

Artikolu 51 Trasparenza u responsabbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 51 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu l-kompiti stipulati f'din id-Direttiva b'mod trasparenti, indipendenti u responsabbli, filwaqt li jirrispettaw kif mistħoqq il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali.
Artikolu 51 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni li ġejja tiġi ddivulgata lill-pubbliku:

(a) 

it-testi tal-liġijiet, tar-regolamenti, tar-regoli amministrattivi u tal-gwida ġenerali fil-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali, u l-informazzjoni dwar jekk l-Istat Membru jagħżilx li japplika din id-Direttiva f'konformità mal-Artikoli 4 u 5;

(b) 

l-informazzjoni dwar il-proċess tar-rieżami superviżorju, kif stabbilit fl-Artikolu 49;

(c) 

id-dejta statistika aggregata dwar aspetti ewlenin tal-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali;

(d) 

l-objettiv ewlieni tas-superviżjoni prudenzjali u l-informazzjoni dwar il-funzjonijiet u l-attivitajiet ewlenin tal-awtoritajiet kompetenti;

(e) 

ir-regoli dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

Artikolu 51 3.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jadottaw u japplikaw proċeduri trasparenti fir-rigward tal-ħatra u s-sensja tal-membri tal-korpi governattivi u maniġerjali tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.