|
+Artikolu 51 2. |
Artikolu 51 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni li ġejja tiġi ddivulgata lill-pubbliku:
(a)
it-testi tal-liġijiet, tar-regolamenti, tar-regoli amministrattivi u tal-gwida ġenerali fil-qasam tal-iskemi ta' pensjoni okkupazzjonali, u l-informazzjoni dwar jekk l-Istat Membru jagħżilx li japplika din id-Direttiva f'konformità mal-Artikoli 4 u 5;
(b)
l-informazzjoni dwar il-proċess tar-rieżami superviżorju, kif stabbilit fl-Artikolu 49;
(c)
id-dejta statistika aggregata dwar aspetti ewlenin tal-applikazzjoni tal-qafas prudenzjali;
(d)
l-objettiv ewlieni tas-superviżjoni prudenzjali u l-informazzjoni dwar il-funzjonijiet u l-attivitajiet ewlenin tal-awtoritajiet kompetenti;
(e)
ir-regoli dwar is-sanzjonijiet amministrattivi u miżuri oħra applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|