+Artikolu 57 Divulgazzjoni ta' informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tal-gvern responsabbli mil-leġiżlazzjoni finanzjarja
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
|
Artikolu 57 Divulgazzjoni ta' informazzjoni lill-amministrazzjonijiet tal-gvern responsabbli mil-leġiżlazzjoni finanzjarja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1.
|
L-Artikoli 52(1), 53 u 58(1) m'għandhomx jipprekludu lill-Istati Membri milli jawtorizzaw id-divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali bejn l-awtoritajiet kompetenti u dipartimenti oħrajn tal-amministrazzjonijiet tal-gvern ċentrali tagħhom responsabbli mill-infurzar tal-leġiżlazzjoni dwar is-superviżjoni tal-IORPs, l-istituzzjonijiet ta' kreditu, l-istituzzjonijiet finanzjarji, is-servizzi ta' investiment u l-impriżi ta' assigurazzjoni, jew lil spetturi li jaġixxu f'isem dawk id-dipartimenti. Dik id-divulgazzjoni għandha ssir biss meta jkun meħtieġ għal raġunijiet ta' kontroll prudenzjali, u għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' IORPs li jkunu qed ifallu. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta' dan l-artikolu, il-persuni li jkollhom aċċess għall-informazzjoni għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rċevuta skont l-Artikolu 55, u l-informazzjoni miksuba permezz ta' verifika fuq il-post, jistgħu jiġu ddivulgati biss bil-kunsens espress tal-awtorità kompetenti li minnha tkun oriġinat l-informazzjoni jew tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun saret il-verifika fuq il-post.
|
|
Artikolu 57 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-IORPs lill-kumitati ta' inkjesta parlamentari jew lill-qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom jew lil entitajiet oħrajn inkarigati mill-inkjesti fl-Istat Membru tagħhom, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-entitajiet ikollhom il-kompetenza skont il-liġi nazzjonali biex jinvestigaw jew jgħaddu minn skrutinju l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-IORPs jew mil-liġijiet dwar tali superviżjoni;
(b)
l-informazzjoni tkun strettament neċessarja biex tiġi ssodisfata l-kompetenza msemmija fil-punt (a);
(c)
il-persuni b'aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali, li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva;
(d)
jekk l-informazzjoni toriġina minn Stat Membru ieħor, dik l-informazzjoni tiġi ddivulgata bil-ftehim espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti ta' oriġini u għall-finijiet biss li magħhom ikunu qablu dawn l-awtoritajiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|