|
+Artikolu 57 2. |
Artikolu 57 2.L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw id-divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali relatata mas-superviżjoni prudenzjali tal-IORPs lill-kumitati ta' inkjesta parlamentari jew lill-qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom jew lil entitajiet oħrajn inkarigati mill-inkjesti fl-Istat Membru tagħhom, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-entitajiet ikollhom il-kompetenza skont il-liġi nazzjonali biex jinvestigaw jew jgħaddu minn skrutinju l-azzjonijiet tal-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-IORPs jew mil-liġijiet dwar tali superviżjoni;
(b)
l-informazzjoni tkun strettament neċessarja biex tiġi ssodisfata l-kompetenza msemmija fil-punt (a);
(c)
il-persuni b'aċċess għall-informazzjoni jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali skont il-liġi nazzjonali, li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'din id-Direttiva;
(d)
jekk l-informazzjoni toriġina minn Stat Membru ieħor, dik l-informazzjoni tiġi ddivulgata bil-ftehim espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti ta' oriġini u għall-finijiet biss li magħhom ikunu qablu dawn l-awtoritajiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|