+Artikolu 58 Kundizzjonijiet għall-iskambju ta' informazzjoni
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.

Artikolu 58 Kundizzjonijiet għall-iskambju ta' informazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 1.

Għall-iskambji ta' informazzjoni skont l-Artikolu 55, it-trażmissjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 56 u d-divulgazzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 57, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li tal-anqas jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet:

(a) 

l-informazzjoni għandha tiġi skambjata, trażmessa jew iddivulgata bl-iskop li titwettaq is-sorveljanza jew is-superviżjoni;

(b) 

l-informazzjoni rċevuta għandha tkun soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stipulat fl-Artikolu 52;

(c) 

fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, m'għandhiex tiġi ddivulgata mingħajr il-ftehim espress tal-awtorità kompetenti minn fejn toriġina u, fejn xieraq, għall-finijiet biss li magħhom tkun qablet dik l-awtorità.

Artikolu 58 2.
L-Artikolu 53 m'għandux jipprekludi l-Istati Membri milli jawtorizzaw, bil-għan li jissaħħu l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli mill-iskoperta u mill-investigazzjoni ta' ksur tal-liġi dwar il-kumpaniji, applikabbli għall-impriżi sponsor.

L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu għandhom jeżiġu li tal-anqas jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-informazzjoni trid tkun maħsuba għall-finijiet tal-iskoperta, u l-investigazzjoni u l-iskrutinju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 57(2);

(b) 

l-informazzjoni rċevuta trid tkun soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stipulat fl-Artikolu 52;

(c) 

meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, m'għandhiex tiġi ddivulgata mingħajr il-ftehim espress tal-awtorità kompetenti minn fejn toriġina u, fejn xieraq, għall-finijiet biss li magħhom tkun qablet dik l-awtorità.

Artikolu 58 3.
Fejn, fi Stat Membru, l-awtoritajiet jew il-korpi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 iwettqu l-kompitu tagħhom ta' skoperta jew ta' investigazzjoni bil-għajnuna ta' persuni li jinħatru, minħabba l-kompetenza speċifika tagħhom, għal dak l-iskop u li ma jkunux impjegati fis-settur pubbliku, għandha tapplika l-possibbiltà ta' skambjar ta' informazzjoni, kif jipprevedi l-Artikolu 57(2).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.