|
+Artikolu 58 2. |
Artikolu 58 2.L-Artikolu 53 m'għandux jipprekludi l-Istati Membri milli jawtorizzaw, bil-għan li jissaħħu l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet jew il-korpi responsabbli mill-iskoperta u mill-investigazzjoni ta' ksur tal-liġi dwar il-kumpaniji, applikabbli għall-impriżi sponsor. L-Istati Membri li japplikaw l-ewwel subparagrafu għandhom jeżiġu li tal-anqas jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-informazzjoni trid tkun maħsuba għall-finijiet tal-iskoperta, u l-investigazzjoni u l-iskrutinju kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 57(2);
(b)
l-informazzjoni rċevuta trid tkun soġġetta għall-obbligu tas-segretezza professjonali stipulat fl-Artikolu 52;
(c)
meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, m'għandhiex tiġi ddivulgata mingħajr il-ftehim espress tal-awtorità kompetenti minn fejn toriġina u, fejn xieraq, għall-finijiet biss li magħhom tkun qablet dik l-awtorità. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|