+Artikolu 60 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-EIOPA
---+Artikolu 60 1.
---+Artikolu 60 2.
---+Artikolu 60 3.
---+Artikolu 60 4.
|
Artikolu 60 Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-EIOPA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 60 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b'mod xieraq, l-applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva permezz ta' skambji regolari ta' informazzjoni u esperjenza bil-ħsieb li jiżviluppaw l-aħjar prattiki f'din l-isfera u kooperazzjoni eqreb u fejn ikun applikabbli bl-involviment tas-sħab soċjali, u permezz ta' hekk, jipprevjenu distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għal sħubija transfruntiera mingħajr problemi.
|
|
Artikolu 60 2.
|
Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkollaboraw fil-qrib bil-ħsieb li jiffaċilitaw is-superviżjoni tal-operazzjonijiet tal-IORPs.
|
|
Artikolu 60 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-EIOPA għall-finijiet ta' din id-Direttiva, skont ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u għandhom mingħajr dewmien, jipprovdu lill-EIOPA l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex hi twettaq dmirijietha skont din id-Direttiva u skont ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010, skont l-Artikolu 35 ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 60 4.
|
Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-EIOPA bi kwalunkwe diffikultajiet kbar li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni, l-EIOPA u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jeżaminaw dawk id-diffikultajiet kemm jista' jkun malajr sabiex tinstab soluzzjoni adattata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L2341
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|