|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“prodott tal-pensjoni personali” tfisser prodott li:
(a)
hu bbażat fuq kuntratt bejn faddal individwali u entità fuq bażi volontarja u huwa komplimentari għal kwalunkwe prodott tal-pensjoni statutorju jew okkupazzjonali;
(b)
jipprovdi għall-akkumulazzjoni tal-kapital fit-tul bl-objettiv espliċitu li jipprovdi introjtu mal-irtirar u b’possibbiltajiet limitati għall-irtirar bikri qabel dak iż-żmien;
(c)
la huwa prodott tal-pensjoni statutorju u lanqas prodott tal-pensjoni tax-xogħol;
(2)
“Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP” tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil ta’ terminu twil, li hu pprovdut minn impriża finanzjarja eliġibbli skont l-Artikolu 6(1) taħt kuntratt tal-PEPP, u sottoskritt minn faddal tal-PEPP, jew minn assoċjazzjoni tal-faddala tal-PEPP indipendenti f’isem il-membri tagħha, fid-dawl tal-irtirar, u li ma għandu l-ebda possibbiltà strettament limitata għal tifdija bikrija u huwa rreġistrat skont dan ir-Regolament;
(3)
“faddal tal-PEPP” tfisser persuna fiżika li tkun ikkonkludiet kuntratt tal-PEPP ma’ fornitur tal-PEPP;
(4)
“kuntratt tal-PEPP” tfisser kuntratt bejn faddal tal-PEPP u fornitur tal-PEPP li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4;
(5)
“kont tal-PEPP” tfisser kont tal-pensjoni personali miżmum f’isem faddal tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP li jintuża għar-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet li jippermettu lill-faddal tal-PEPP jikkontribwixxi b’mod perjodiku somom għall-irtirar u lill-benefiċjarju tal-PEPP jirċievi l-benefiċċji tal-PEPP;
(6)
“benefiċjarju tal-PEPP” tfisser persuna fiżika li tirċievi l-benefiċċji tal-PEPP;
(7)
“klijent tal-PEPP” tfisser faddal tal-PEPP, faddal prospettiv tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP;
(8)
“distribuzzjoni tal-PEPP” tfisser l-għoti ta’ konsulenza, ta’ proposti jew tat-twettiq ta’ xogħol preparatorju ieħor għall-konklużjoni ta’ kuntratti għall-forniment ta’ PEPP, ta’ konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew ta’ għajnuna fl-amministrazzjoni jew fl-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kuntratti, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna kuntratt tal-PEPP wieħed jew iktar skont il-kriterji magħżula mill-klijenti tal-PEPP permezz ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja u l-kompilazzjoni ta’ lista tal-klassifika ta’ prodotti tal-PEPP, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew tnaqqis fil-prezz ta’ kuntratt tal-PEPP, meta l-klijent tal-PEPP ikun jista’ jikkonkludi direttament jew indirettament kuntratt tal-PEPP bl-użu ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja;
(9)
“benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP” tfisser benefiċċji mħallsa b’riferiment għall-ilħiq, jew għall-aspettattiva ta’ lħiq, tal-irtirar f’waħda mill-forom imsemmija fl-Artikolu 58(1);
(10)
“benefiċċji tal-PEPP” tfisser benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP u benefiċċji addizzjonali oħra li għalihom huwa intitolat benefiċjarju tal-PEPP f’konformità mal-kuntratt tal-PEPP, b’mod partikolari għall-każijiet strettament limitati ta’ rimborż antiċipat jew jekk il-kuntratt tal-PEPP jipprovdi kopertura tar-riskji bijometriċi;
(11)
“fażi tal-akkumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi jakkumulaw f’kont tal-PEPP u normalment tkompli sa meta tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni;
(12)
“fażi tad-dekumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi akkumulati f’kont tal-PEPP jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw l-irtirar jew rekwiżiti tal-introjtu oħrajn;
(13)
“annwalità” tfisser somma pagabbli f’intervalli speċifiċi tul perjodu, bħall-ħajja tal-benefiċjarju tal-PEPP jew ċertu numru ta’ snin, b’ritorn għal investiment;
(14)
“pagamenti ta’ prelevament” tfisser ammonti diskrezzjonali li l-benefiċjarji tal-PEPP jistgħu jipprelevaw sa ċertu limitu fuq bażi perjodika;
(15)
“fornitur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) awtorizzata biex timmanifattura PEPP u biex tqassam dak il-PEPP;
(16)
“distributur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) awtorizzata tiddistribwixxi PEPPs mhux manifatturati minnha, ditta ta’ investiment li tipprovdi pariri dwar investimenti, jew intermedjarja ta’ assigurazzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(17)
“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li:
(a)
jippermetti lil klijent tal-PEPP jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b’mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u
(b)
jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna;
(18)
“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ddeżinjati minn Stat Membru biex tissorvelja l-fornituri tal-PEPP jew id-distributuri tal-PEPP, skont il-każ, jew biex twettaq il-kompiti previsti f’dan ir-Regolament;
(19)
“Stat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP” tfisser l-Istat Membru tad-domiċilju kif definit fl-att leġiżlattiv rilevanti msemmi fl-Artikolu 6(1);
(20)
“Stat Membru tad-domiċilju tad-distributur tal-PEPP” tfisser:
(a)
fejn id-distributur ikun persuna fiżika, l-Istat Membru li fih tinsab ir-residenza tiegħu jew tagħha;
(b)
fejn id-distributur ikun persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk id-distributur skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;
(21)
“Stat Membru ospitanti tal-fornitur tal-PEPP” tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP, li fih il-fornitur tal-PEPP jipprovdi PEPPs taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment jew li għalih il-fornitur tal-PEPP ikun fetaħ subkont;
(22)
“Stat Membru ospitanti tad-distributur tal-PEPP” tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tad-distributur tal-PEPP, fejn id-distributur tal-PEPP jiddistribwixxi taħt il-libertà tal-PEPPs li jipprovdu servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment;
(23)
“subkont” tfisser taqsima nazzjonali li tinfetaħ fi ħdan kull kont individwali tal-PEPP u li tikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu ta’ inċentivi possibbli stabbiliti f’livell nazzjonali għall-investiment f’PEPP mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP; għalhekk, individwu jista’ jkun faddal ta’ PEPP jew benefiċjarju ta’ PEPP f’kull subkont, skont ir-rekwiżiti legali rispettivi għall- fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi ta’dekumulazzjoni;
(24)
“kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati ikkalkolati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu t-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha mġarrba b’mod dirett jew indirett mill-faddala tal-PEPP;
(25)
“strumenti finanzjarji” tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(26)
“depożitarju” tfisser istituzzjoni inkarigata mis-salvagwardja tal-assi u mis-sorveljanza tal-konformità mar-regoli dwar il-fond u mad-dritt applikabbli;
(27)
“PEPP bażiku” tfisser opzjoni ta’ investiment kif stabbilita fl-Artikolu 45;
(28)
“tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju” tfisser tekniki għal tnaqqis sintetiku fil-firxa tal-iskopertura għal riskju u/jew il-probabilità ta’ okkorrenza ta’ dan;
(29)
“riskji bijometriċi” tfisser riskji marbuta ma’ mewt, diżabbiltà u/jew lonġevità;
(30)
“bdil tal-fornitur” tfisser, fuq talba ta’ faddal tal-PEPP, it-trasferiment mingħand fornitur tal-PEPP għal ieħor tal-ammonti korrispondenti, jew fejn applikabbli, assi in natura f’konformità mal-Artikolu 52(4), minn kont ta’ PEPP lill-ieħor, bl-għeluq tal-kont preċedenti tal-PEPP mingħajr preġudizzju għall-punt (e) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 53(4);
(31)
“parir” tfisser rakkomandazzjoni personali mill-fornitur tal-PEPP jew mid-distributur tal-PEPP lil klijent tal-PEPP fir-rigward ta’ kuntratt tal-PEPP wieħed jew aktar;
(32)
“sħubija” tfisser kooperazzjoni bejn fornituri tal-PEPP biex joffru subkontijiet għal Stati Membri differenti fil-kuntest tas-servizz tal-portabilità, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2);
(33)
“fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza” jew “fatturi ESG” tfisser kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza bħal dawk imsemmija fil-Ftehim ta’ Pariġi, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Prinċipji appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|