+KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Regoli applikabbli
---+Artikolu 4 Kuntratt tal-PEPP
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

KAPITOLU I DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi dwar ir-reġistrazzjoni, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-prodotti tal-pensjoni personali li huma distribwiti fl-Unjoni taħt id-deżinjazzjoni “prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP”.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“prodott tal-pensjoni personali” tfisser prodott li:

(a) 

hu bbażat fuq kuntratt bejn faddal individwali u entità fuq bażi volontarja u huwa komplimentari għal kwalunkwe prodott tal-pensjoni statutorju jew okkupazzjonali;

(b) 

jipprovdi għall-akkumulazzjoni tal-kapital fit-tul bl-objettiv espliċitu li jipprovdi introjtu mal-irtirar u b’possibbiltajiet limitati għall-irtirar bikri qabel dak iż-żmien;

(c) 

la huwa prodott tal-pensjoni statutorju u lanqas prodott tal-pensjoni tax-xogħol;

(2) 

“Prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew” jew “PEPP” tfisser prodott tal-pensjoni personali tat-tfaddil ta’ terminu twil, li hu pprovdut minn impriża finanzjarja eliġibbli skont l-Artikolu 6(1) taħt kuntratt tal-PEPP, u sottoskritt minn faddal tal-PEPP, jew minn assoċjazzjoni tal-faddala tal-PEPP indipendenti f’isem il-membri tagħha, fid-dawl tal-irtirar, u li ma għandu l-ebda possibbiltà strettament limitata għal tifdija bikrija u huwa rreġistrat skont dan ir-Regolament;

(3) 

“faddal tal-PEPP” tfisser persuna fiżika li tkun ikkonkludiet kuntratt tal-PEPP ma’ fornitur tal-PEPP;

(4) 

“kuntratt tal-PEPP” tfisser kuntratt bejn faddal tal-PEPP u fornitur tal-PEPP li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4;

(5) 

“kont tal-PEPP” tfisser kont tal-pensjoni personali miżmum f’isem faddal tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP li jintuża għar-reġistrazzjoni ta’ tranżazzjonijiet li jippermettu lill-faddal tal-PEPP jikkontribwixxi b’mod perjodiku somom għall-irtirar u lill-benefiċjarju tal-PEPP jirċievi l-benefiċċji tal-PEPP;

(6) 

“benefiċjarju tal-PEPP” tfisser persuna fiżika li tirċievi l-benefiċċji tal-PEPP;

(7) 

“klijent tal-PEPP” tfisser faddal tal-PEPP, faddal prospettiv tal-PEPP jew benefiċjarju tal-PEPP;

(8) 

“distribuzzjoni tal-PEPP” tfisser l-għoti ta’ konsulenza, ta’ proposti jew tat-twettiq ta’ xogħol preparatorju ieħor għall-konklużjoni ta’ kuntratti għall-forniment ta’ PEPP, ta’ konklużjoni ta’ tali kuntratti, jew ta’ għajnuna fl-amministrazzjoni jew fl-eżekuzzjoni ta’ dawk il-kuntratti, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni li tikkonċerna kuntratt tal-PEPP wieħed jew iktar skont il-kriterji magħżula mill-klijenti tal-PEPP permezz ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja u l-kompilazzjoni ta’ lista tal-klassifika ta’ prodotti tal-PEPP, inkluż tqabbil bejn il-prezzijiet u bejn il-prodotti, jew tnaqqis fil-prezz ta’ kuntratt tal-PEPP, meta l-klijent tal-PEPP ikun jista’ jikkonkludi direttament jew indirettament kuntratt tal-PEPP bl-użu ta’ sit web jew ta’ tip ieħor ta’ midja;

(9) 

“benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP” tfisser benefiċċji mħallsa b’riferiment għall-ilħiq, jew għall-aspettattiva ta’ lħiq, tal-irtirar f’waħda mill-forom imsemmija fl-Artikolu 58(1);

(10) 

“benefiċċji tal-PEPP” tfisser benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP u benefiċċji addizzjonali oħra li għalihom huwa intitolat benefiċjarju tal-PEPP f’konformità mal-kuntratt tal-PEPP, b’mod partikolari għall-każijiet strettament limitati ta’ rimborż antiċipat jew jekk il-kuntratt tal-PEPP jipprovdi kopertura tar-riskji bijometriċi;

(11) 

“fażi tal-akkumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi jakkumulaw f’kont tal-PEPP u normalment tkompli sa meta tibda l-fażi ta’ dekumulazzjoni;

(12) 

“fażi tad-dekumulazzjoni” tfisser il-perjodu li matulu l-assi akkumulati f’kont tal-PEPP jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw l-irtirar jew rekwiżiti tal-introjtu oħrajn;

(13) 

“annwalità” tfisser somma pagabbli f’intervalli speċifiċi tul perjodu, bħall-ħajja tal-benefiċjarju tal-PEPP jew ċertu numru ta’ snin, b’ritorn għal investiment;

(14) 

“pagamenti ta’ prelevament” tfisser ammonti diskrezzjonali li l-benefiċjarji tal-PEPP jistgħu jipprelevaw sa ċertu limitu fuq bażi perjodika;

(15) 

“fornitur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) awtorizzata biex timmanifattura PEPP u biex tqassam dak il-PEPP;

(16) 

“distributur ta’ PEPP” tfisser impriża finanzjarja kif imsemmija fl-Artikolu 6(1) awtorizzata tiddistribwixxi PEPPs mhux manifatturati minnha, ditta ta’ investiment li tipprovdi pariri dwar investimenti, jew intermedjarja ta’ assigurazzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(17) 

“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li:

(a) 

jippermetti lil klijent tal-PEPP jaħżen informazzjoni indirizzata personalment lil dak il-klijent b’mod li tkun aċċessibbli għal referenza futura u għal perjodu ta’ żmien adegwat għall-finijiet tal-informazzjoni; u

(b) 

jippermetti r-riproduzzjoni bla tibdil tal-informazzjoni maħżuna;

(18) 

“awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet nazzjonali ddeżinjati minn Stat Membru biex tissorvelja l-fornituri tal-PEPP jew id-distributuri tal-PEPP, skont il-każ, jew biex twettaq il-kompiti previsti f’dan ir-Regolament;

(19) 

“Stat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP” tfisser l-Istat Membru tad-domiċilju kif definit fl-att leġiżlattiv rilevanti msemmi fl-Artikolu 6(1);

(20) 

“Stat Membru tad-domiċilju tad-distributur tal-PEPP” tfisser:

(a) 

fejn id-distributur ikun persuna fiżika, l-Istat Membru li fih tinsab ir-residenza tiegħu jew tagħha;

(b) 

fejn id-distributur ikun persuna ġuridika, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat tiegħu jew, jekk id-distributur skont il-liġi nazzjonali tiegħu ma jkollu l-ebda uffiċċju reġistrat, l-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tiegħu;

(21) 

“Stat Membru ospitanti tal-fornitur tal-PEPP” tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tal-fornitur tal-PEPP, li fih il-fornitur tal-PEPP jipprovdi PEPPs taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment jew li għalih il-fornitur tal-PEPP ikun fetaħ subkont;

(22) 

“Stat Membru ospitanti tad-distributur tal-PEPP” tfisser Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru tad-domiċilju tad-distributur tal-PEPP, fejn id-distributur tal-PEPP jiddistribwixxi taħt il-libertà tal-PEPPs li jipprovdu servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment;

(23) 

“subkont” tfisser taqsima nazzjonali li tinfetaħ fi ħdan kull kont individwali tal-PEPP u li tikkorrispondi għar-rekwiżiti legali u għall-kundizzjonijiet għall-użu ta’ inċentivi possibbli stabbiliti f’livell nazzjonali għall-investiment f’PEPP mill-Istat Membru ta’ residenza tal-faddal tal-PEPP; għalhekk, individwu jista’ jkun faddal ta’ PEPP jew benefiċjarju ta’ PEPP f’kull subkont, skont ir-rekwiżiti legali rispettivi għall- fażi ta’ akkumulazzjoni u l-fażi ta’dekumulazzjoni;

(24) 

“kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati ikkalkolati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu t-tariffi, l-imposti u l-ispejjeż kollha mġarrba b’mod dirett jew indirett mill-faddala tal-PEPP;

(25) 

“strumenti finanzjarji” tfisser dawk l-istrumenti speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );

(26) 

“depożitarju” tfisser istituzzjoni inkarigata mis-salvagwardja tal-assi u mis-sorveljanza tal-konformità mar-regoli dwar il-fond u mad-dritt applikabbli;

(27) 

“PEPP bażiku” tfisser opzjoni ta’ investiment kif stabbilita fl-Artikolu 45;

(28) 

“tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju” tfisser tekniki għal tnaqqis sintetiku fil-firxa tal-iskopertura għal riskju u/jew il-probabilità ta’ okkorrenza ta’ dan;

(29) 

“riskji bijometriċi” tfisser riskji marbuta ma’ mewt, diżabbiltà u/jew lonġevità;

(30) 

“bdil tal-fornitur” tfisser, fuq talba ta’ faddal tal-PEPP, it-trasferiment mingħand fornitur tal-PEPP għal ieħor tal-ammonti korrispondenti, jew fejn applikabbli, assi in natura f’konformità mal-Artikolu 52(4), minn kont ta’ PEPP lill-ieħor, bl-għeluq tal-kont preċedenti tal-PEPP mingħajr preġudizzju għall-punt (e) tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 53(4);

(31) 

“parir” tfisser rakkomandazzjoni personali mill-fornitur tal-PEPP jew mid-distributur tal-PEPP lil klijent tal-PEPP fir-rigward ta’ kuntratt tal-PEPP wieħed jew aktar;

(32) 

“sħubija” tfisser kooperazzjoni bejn fornituri tal-PEPP biex joffru subkontijiet għal Stati Membri differenti fil-kuntest tas-servizz tal-portabilità, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2);

(33) 

“fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza” jew “fatturi ESG” tfisser kwistjonijiet ambjentali, soċjali u ta’ governanza bħal dawk imsemmija fil-Ftehim ta’ Pariġi, l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Prinċipji appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli.

Artikolu 3 Regoli applikabbli

Artikolu 3

Regoli applikabbli

Ir-reġistrazzjoni, il-manifattura, id-distribuzzjoni u s-superviżjoni tal-PEPPs għandhom ikunu soġġetti għal:

(a) 

dan ir-Regolament; u

(b) 

fil-każ ta’ kwistjonijiet li mhumiex irregolati minn dan ir-Regolament:

(i) 

il-liġi settorjali rilevanti tal-Unjoni inklużi l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni korrispondenti;

(ii) 

il-liġijiet adottati mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ miżuri tal-UE li jirrigwardjaw b’mod speċifiku l-PEPP;

(iii) 

il-liġijiet nazzjonali oħra li japplikaw għall-PEPPs.

Artikolu 4 Kuntratt tal-PEPP

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.