+Artikolu 4 Kuntratt tal-PEPP
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.

Artikolu 4 Kuntratt tal-PEPP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
Il-kuntratt tal-PEPP għandu jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-PEPP f’konformità mar-regoli applikabbli msemmija fl-Artikolu 3.
Artikolu 4 2.

Il-kuntratt tal-PEPP għandu b’mod partikolari jinkludi dawn li ġejjin:

(a) 

deskrizzjoni tal-PEPP Bażiku, kif imsemmi fl-Artikolu 45, inkluża informazzjoni dwar il-garanzija fuq il-kapital investit jew l-istrateġija ta’ investiment diretta biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kapital;

(b) 

deskrizzjoni tal-opzjonijiet ta’ investiment alternattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 42(2), fejn applikabbli;

(c) 

il-kundizzjonijiet relatati mal-modifika tal-opzjoni ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 44;

(d) 

meta l-PEPP joffri kopertura tar-riskju bijometriku, id-dettalji ta’ dik il-kopertura, inklużi ċ-ċirkostanzi fejn tapplika;

(e) 

deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP, b’mod partikolari l-forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa u d-dritt ta’ bidla tal-forma tal-pagament maħruġ imsemmi fl-Artikolu 59;

(f) 

il-kundizzjonijiet relatati mas-servizz tal-portabilità msemmi fl-Artikoli 17 sa 20 inkluża informazzjoni dwar l-Istati Membri li għalihom hemm subkont disponibbli;

(g) 

il-kundizzjonijiet relatati mas-servizz ta’ bdil imsemmi fl-Artikoli 52 sa 55;

(h) 

il-kategoriji tal-kostijiet u l-kostijiet totali aggregati espressi f’termini perċentwali u f’termini monetarji, fejn applikabbli;

(i) 

il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 47;

(j) 

il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 57;

(k) 

fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitħallsu lura l-vantaġġi jew l-inċentivi mogħtija lill-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.