|
+Artikolu 4 2. |
Artikolu 4 2.Il-kuntratt tal-PEPP għandu b’mod partikolari jinkludi dawn li ġejjin:
(a)
deskrizzjoni tal-PEPP Bażiku, kif imsemmi fl-Artikolu 45, inkluża informazzjoni dwar il-garanzija fuq il-kapital investit jew l-istrateġija ta’ investiment diretta biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-kapital;
(b)
deskrizzjoni tal-opzjonijiet ta’ investiment alternattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 42(2), fejn applikabbli;
(c)
il-kundizzjonijiet relatati mal-modifika tal-opzjoni ta’ investiment imsemmija fl-Artikolu 44;
(d)
meta l-PEPP joffri kopertura tar-riskju bijometriku, id-dettalji ta’ dik il-kopertura, inklużi ċ-ċirkostanzi fejn tapplika;
(e)
deskrizzjoni tal-benefiċċji tal-irtirar tal-PEPP, b’mod partikolari l-forom possibbli ta’ pagamenti maħruġa u d-dritt ta’ bidla tal-forma tal-pagament maħruġ imsemmi fl-Artikolu 59;
(f)
il-kundizzjonijiet relatati mas-servizz tal-portabilità msemmi fl-Artikoli 17 sa 20 inkluża informazzjoni dwar l-Istati Membri li għalihom hemm subkont disponibbli;
(g)
il-kundizzjonijiet relatati mas-servizz ta’ bdil imsemmi fl-Artikoli 52 sa 55;
(h)
il-kategoriji tal-kostijiet u l-kostijiet totali aggregati espressi f’termini perċentwali u f’termini monetarji, fejn applikabbli;
(i)
il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ akkumulazzjoni għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 47;
(j)
il-kundizzjonijiet relatati mal-fażi ta’ dekumulazzjoni għas-subkont li jikkorrispondi għall-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP imsemmi fl-Artikolu 57;
(k)
fejn applikabbli, il-kundizzjonijiet li taħthom għandhom jitħallsu lura l-vantaġġi jew l-inċentivi mogħtija lill-Istat Membru tar-residenza tal-faddal tal-PEPP. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|