+Artikolu 8 Kundizzjonijiet għad-dereġistrazzjoni ta’ PEPP
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.

Artikolu 8 Kundizzjonijiet għad-dereġistrazzjoni ta’ PEPP

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP meta:

(a) 

il-fornitur tal-PEPP jirrinunzja espressament għar-reġistrazzjoni;

(b) 

il-fornitur tal-PEPP ikun kiseb ir-reġistrazzjoni billi għamel dikjarazzjonijiet foloz jew b’xi mezz irregolari ieħor;

(c) 

il-fornitur tal-PEPP ikun kiser serjament jew sistematikament dan ir-Regolament; jew

(d) 

il-fornitur tal-PEPP jew il-PEPP ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li taħthom tkun ingħatat ir-reġistrazzjoni.

Artikolu 8 2.
Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara t-teħid ta’ deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikawha lill-EIOPA u jinfurmaw lill-fornitur tal-PEPP kif xieraq.
Artikolu 8 3.
Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li tirċievi n-notifika tad-deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-EIOPA għandha tneħħi r-reġistrazzjoni tal-PEPP u għandha tinnotifika b’dan lill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 8 4.
Fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara li jirċievu n-notifika għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP msemmija fil-paragrafu 3, inkluża d-data tad-dereġistrazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-fornitur tal-PEPP kif xieraq.
Artikolu 8 5.
Il-fornitur tal-PEPP ma għandux jibqa’ jipprovdi l-PEPP u d-distributur tal-PEPP ma għandux jibqa’ jiddistribwixxi l-PEPP mid-data tad-dereġistrazzjoni tal-PEPP mir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fl-Artikolu 13.
Artikolu 8 6.
Meta l-EIOPA tkun irċeviet informazzjoni rigward l-eżistenza ta’ waħda miċ-ċirkostanzi msemmija fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mad-dmir ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA msemmija fl-Artikolu 66, l-EIOPA għandha titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-fornitur tal-PEPP biex jivverifikaw l-eżistenza ta’ tali ċirkostanzi u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill-EIOPA s-sejbiet tagħhom u l-informazzjoni korrispondenti.
Artikolu 8 7.
Qabel ma tittieħed deċiżjoni għad-dereġistrazzjoni tal-PEPP, l-awtoritajiet kompetenti u l-EIOPA għandhom jagħtu l-aħjar sforzi tagħhom biex jiżguraw li l-interessi tal-faddala tal-PEPP jiġu salvagwardjati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.