+Artikolu 23 Reġim ta’ distribuzzjoni applikabbli għal tipi differenti ta’ fornituri tal-PEPP u ta’ distributuri tal-PEPP
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
|
Artikolu 23 Reġim ta’ distribuzzjoni applikabbli għal tipi differenti ta’ fornituri tal-PEPP u ta’ distributuri tal-PEPP
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Għad-distribuzzjoni tal-PEPPs, it-tipi differenti ta’ fornituri tal-PEPP u ta’ distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin:
(a)
impriżi tal-assigurazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li ddaħħal fis-seħħ ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tad-Direttiva (UE) 2016/97, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 23, 25 u l-Artikolu 30(3) ta’ dik id-Direttiva għad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk ir-regoli fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ tali prodotti u ma’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(4);
(b)
id-ditti ta’ investiment kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li daħħal fis-seħħ ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3) u l-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk id-dispożizzjonijiet, u ma’ dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(4);
(c)
il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP kollha għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li ddaħħal fis-seħħ ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3) u fl-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2), (3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk id-dispożizzjonijiet, u ma’ dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 23 2.
|
Ir-regoli stabbiliti fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss sa fejn ma jkunx hemm dispożizzjoni aktar stretta fil-liġi nazzjonali applikabbli li tagħti effett lir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tad-Direttiva (UE) 2016/97.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|