|
+Artikolu 23 1. |
Artikolu 23 1.Għad-distribuzzjoni tal-PEPPs, it-tipi differenti ta’ fornituri tal-PEPP u ta’ distributuri tal-PEPP għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin:
(a)
impriżi tal-assigurazzjoni kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li ddaħħal fis-seħħ ir-regoli stabbiliti fil-Kapitoli V u VI tad-Direttiva (UE) 2016/97, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 20, 23, 25 u l-Artikolu 30(3) ta’ dik id-Direttiva għad-distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk ir-regoli fir-rigward tad-distribuzzjoni ta’ tali prodotti u ma’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(4);
(b)
id-ditti ta’ investiment kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li daħħal fis-seħħ ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3) u l-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk id-dispożizzjonijiet, u ma’ dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(4);
(c)
il-fornituri tal-PEPP u d-distributuri tal-PEPP kollha għandhom jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli li ddaħħal fis-seħħ ir-regoli dwar il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni tal-istrumenti finanzjarji stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 16(3) u fl-Artikoli 23, 24 u 25 tad-Direttiva 2014/65/UE, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2), (3) u (4) ta’ dik id-Direttiva, ma’ kwalunkwe liġi direttament applikabbli tal-Unjoni adottata skont dawk id-dispożizzjonijiet, u ma’ dan ir-Regolament; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|