+Artikolu 25 Sorveljanza tal-prodotti u rekwiżiti ta’ governanza
---+Artikolu 25 1.
---+Artikolu 25 2.

Artikolu 25 Sorveljanza tal-prodotti u rekwiżiti ta’ governanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 25 1.
Il-fornituri tal-PEPP għandhom iżommu, joperaw u jirrieżaminaw proċess għall-approvazzjoni ta’ kull PEPP, jew adattamenti sinifikanti ta’ PEPP eżistenti, qabel ma dan jiġi ddistribwit lill-klijenti tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jkun proporzjonat u xieraq għan-natura tal-PEPP.

Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull PEPP, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-PEPP jiġi ddistribwit lis-suq fil-mira identifikat.

Il-fornitur tal-PEPP għandu jifhem u jirrieżamina fuq bażi regolari l-PEPPs li jipprovdi, filwaqt li jqis kwalunkwe avveniment li jista’ materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-inqas jivvaluta jekk il-PEPPs jibqgħux konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta’ distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata.

Il-fornituri tal-PEPP għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tad-distributuri tal-PEPP l-informazzjoni xierqa kollha dwar il-PEPP u l-proċess ta’ approvazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-PEPP.

Id-distributuri tal-PEPP għandu jkollhom arranġamenti adegwati fis-seħħ biex jiksbu l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u jifhmu l-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikati ta’ kull PEPP.

Artikolu 25 2.
Il-politiki, il-proċessi u l-arranġamenti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti l-oħra kollha skont dan ir-Regolament jew li japplikaw bis-saħħa tiegħu inklużi dawk b’rabta mad-divulgazzjoni, mal-idoneità u mal-adegwatezza, mal-identifikazzjoni u mal-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess, mal-inċentivi u mal-fatturi ESG.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R1238
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.